Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA F’KONSULTAZZJONI MAR-RESIDENTI TAL-GERIATRIC WARDS F’GĦAWDEX

pr141939
Date Icon 02/09/2014

Tkompliet il-konsultazzjoni li qed issir dwar l-Istandards Minimi Nazzjonali għar-Residenzi tal-Anzjani. Il-Konsultazzjoni saret fir-Residenza Sant’ Anna fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana spjegat li dawn il-laqgħat kienu qed isiru biex l-anzjani jwasslu l-ilmenti tagħhom. L-għan ewlieni ta' dawn l-istandards huwa li l-anzjani jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-pjan ta' kura tagħhom sabiex tkun kura bbażata fuq il-ħtigijiet personali ta' kull persuna b'rispett sħiħ lejn id-dinjità tal-persuna. Fuq kollox biex ikollna djar li jagħtu servizz tajjeb u ta' kwalità.

F’din il-konsultazzjoni kemm ir-residenti u kemm il-ħaddiema tas-sala kellhom iċ-ċans jagħtu is-suġġerimenti tagħhom. Is-Segretarju Parlamentari semmiet ukoll il-Freephone li għamel is-Segretarjat bl-iskop li tkun iżjed faċli biex twassal il-messaġġ, liema numru ġie ċċirkolat mar-residenti. In-numru huwa 80072367.

FILMAT: https://www.wetransfer.com/downloads/34309cc5c7614dd7d019068f57017cf920140902113450/645da4bf0c36f131d396f3b6c59a4b5520140902113450/105e5d

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow