TISLIMA LILL-MEMORJA TA’ PAUL DAWSON U LAWRENCE DARMANIN
Il-kamp sportiv, speċjalment dawk tat-table tennis u tal-isparar, tilfu żewġ protagonisti fl-isport tagħhom hekk kif tħabbru l-imwiet ta’ Paul Dawson fl-età ta’ 59 sena u Lawrence Darmanin fl-età ta' 57 sena.
Paul Dawson kien inħatar President tal-Malta Table Tennis Association (MTTA) wara elezzjoni li saret f’Marzu tas-sena li għaddiet. Minbarra li serva ta’ President huwa kien plejer tat-table tennis ta’ ċerta klassi. Sa minn mindu Dawson ġie maħtur President, għamel l-almu tiegħu sabiex l-isport tat-table tennis jieħu spinta ’l quddiem. Huwa kien bniedem rispettat ferm u t-telf tiegħu se jinħass minn dawk kollha li b’xi mod iltaqgħu miegħu tul ħajtu.
Lawrence Darmanin kien il-President tal-Malta Air-Rifle & Pistol Shooting Club, kif ukoll kowċ fl-istess dixxiplini. Huwa rrapprezenta lill-Malta f'għadd ta' kompetizzjonijiet barra il-pajjiż fosthom fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fl-10m Air Rifle fl-2003. Lawrence Darmanin serva wkoll bħala membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni Maltija tal-Isport tal-Isparar (MSSF) u jirrappreżenta lill-MRPSC. Lawrence Darmanin baqa’ jagħti l-kontribut tiegħu fl-isport tal-isparar sal-aħħar bl-għan li jippromowovi l-isparar bl-air rifle u l-pistola f’Malta.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius, flimkien mal-bord tad-diretturi u l-impjegati kemm tas-Segretarjat Parlamentari u anke tal-Kunsill Malti għall-Isport, iwasslu l-kondoljanzi tagħhom għat-telfa ta’ Paul Dawson u Lawrence Darmanin.
Other Press Releases:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042