SISTEMA TA’ WI-FI B’XEJN FUQ IL-VAPURI TAL-GOZO CHANNEL
pr141932
01/09/2014
Wara snin ta’ stennija ġiet imwettqa wegħda oħra mill-manifest elettorali tal-Partit Laburista.
“Indaħħlu sistema ta’ Wi-fi b’xejn fuq il-vapuri tal-Gozo Channel u fit-terminals tal-Imġarr u taċ-Ċirkewwa”
Din il-wegħda daħlet fis-seħħ illum it-Tnejn 1 ta’ Settembru fuq il-vapuri kollha kif ukoll fit-terminals tal-Imġarr u taċ-Ċirkewwa; wegħda li se tkun ta’ benefiċċju għall-passiġġieri li se jagħmlu użu mis-servizz tal-Gozo Channel. Il-Ministeru għal Għawdex ħadem fuq din l-inizjattiva favur konnettivitá aħjar għall-pubbliku u servizz imtejjeb waqt it-traġitt bejn il-gżejjer.
Stqarrijiet Oħra:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042