Left arrow Mur Lura

IL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI JIDDISKUTI PROPOSTI TAL-KAMRA TAL-KUMMERĊ DWAR IL-VIŻJONI EKONOMIKA GĦAL MALTA GĦAS-SNIN 2014-2020

pr141931
Date Icon 01/09/2014

Identifikati 11-il settur ekonomiku li pajjiżna jrid jimmira r-riżorsi fihom għal tkabbir ekonomiku

Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali dalgħodu ddiskuta proposti tal-Kamra tal-Kummerċ dwar il-Viżjoni Ekonomika għal Malta għas-snin 2014-2020.

Dawn il-proposti jagħmlu parti minn dokument li kien ippubblikat mill-Kamra tal-Kummerċ fil-ġimgħat li għaddew bis-sehem ta’ bosta persuni involuti fil-qasam tal-kummerċ.

Fil-ftuħ tal-laqgħa, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli semmiet kif il-Kamra tal-Kummerċ qed tagħti sehem importanti fil-proċess ta’ ristrutturar tal-MCESD li nbeda aktar kmieni din is-sena.

Qalet li l-Gvern se jkun qed joħroġ bil-konklużjonijiet ta’ kif l-MCESD jista’ jittejjeb u jissaħħaħ, fl-istess ħin li enfasizzat il-ħtieġa li dan il-kunsill ikompli jibni fuq dak li jkollu quddiemu għad-diskussjoni.

“Dan mhux biss jikkontribwixxi għall-ġid tal-ekonomija iżda wkoll isaħħaħ il-qasam soċjali” qalet il-Ministru Dalli.

Iċ-Chairman tal-MCESD is-Sur John Benċini semma kif id-dokument tal-Kamra tal-Kummerċ jippreżenta mat-52 rakkomandazzjoni biex pajjiżna jżid it-tkabbir ekonomiku tiegħu għas-snin li ġejjin.

Fi preżentazzjoni li għamel f’isem il-Kamra tal-Kummerċ, is-Sur David Curmi saħaq li d-dokument mhuwiex stħarriġ ekonomiku iżda jagħti viżjoni ekonomika.

Qal li pajjiżna għandu jżomm il-kunċett ta’ ekonomija diversifikata u ma jiddependi fuq ebda settur partikolari.

Is-Sur Curmi qal li l-Kamra tal-Kummerċ temmen li l-Gvern għand joħloq il-klima biex in-negozju jaħdem, fl-istess ħin li ssir enfasi fuq il-kwalità tal-prodotti u s-servizzi offruti.

Id-dokument jidentifika seba’ objettivi prinċipali u ħdax-il settur ekonomiku differenti li permezz tagħhom Malta għandha timmira r-riżorsi tagħha għal tkabbir. Dawn jinkludu s-settur tas-servizzi finanzjarji, l-informatika, l-industrija tal-films, life sciences, turiżmu, servizzi tas-saħħa, dawk edukattivi, il-manifattura, l-avjazzjoni, is-settur tal-ekonomija l-ħadra u tnaqqis fl-emmissjonijiet kif ukoll it-trasport marittimu u loġistika.

Fir-reazzjonijiet tagħhom, l-imsieħba soċjali laqgħu b’mod pożittiv id-dokument tal-Kamra tal-Kummerċ u ħeġġew biex hekk kif ikun hemm qbil bejn il-partijiet kollha, il-Gvern jieħu dawk il-miżuri li hemm bżonn biex pajjiżna jimplimenta dawn il-proposti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow