Left arrow Mur Lura

L-AMMONT TA’ TURISTI LI ŻARU MALTA F’LULJU LI GĦADDA QABEŻ IL-MITEJN ELF VIŻITATUR, L-AKBAR ĊIFRA FL-AĦĦAR ĦAMES SNIN GĦAL DAN IX-XAHAR

pr141930
Date Icon 01/09/2014

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr. Eward Zammi Lewis jilqa bi pjaċir iċ-ċifri pożittivi mħabbra llum mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika rigward l-ammont ta’ turisti li żaru pajjiżna fix-xahar ta’ Lulju 2014.  Kull xahar il-Gżejjer Maltin qed jesperjenzaw żieda fin-numru ta’ turisti li jżuruhom.  F’Lulju li għadda Malta rreġistrat tkabbir ta’ kważi 10% fl-ammont ta’ turisti meta kkumparat ma Lulju tal-2013.

Malta baqgħet popolari ħafna mat-turisti li ġejjin minn pajjiżi mill-Unjoni Ewropeja.  Kien hawn żieda ta’ aktar minn 11% f’turisti ġejjin minn pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropeja f’dan l-istess xahar imsemmi meta mqabbel ma l-istess xahar tas-sena l-oħra.  F’Lulju 2014, turisti li żaru Malta għal skop ta’ negozju żdied b’35% filwaqt li kien hemm żieda ta’ ‘l fuq minn 7% f’turisti li żaru lil pajjiżna aktar minn darba fl-istess xahar imsemmi meta mqabbel ma Lulju 2013.

Il-Ministru jinnota b’sodisfazzjon it-tkabbir sostanzjali fl-ammont ta’ passiġġiera fuq il-cruiseliners li żaru Malta, fejn dan żdied b’aktar minn 280% f’Lulju li għadda meta mqabbel ma Lulju tas-sena l-oħra.

Tul dawn l-ewwel 7 xhur ta’ din is-sena kien hemm tkabbir ta’ aktar minn 5% fl-iljieli mqatta mit-turisti li żaru l-Gżejjer Maltin meta kkumparat maċ-ċifri ppublikati għall-istess 7 xhur tas-sena l-oħra.  Bejn Jannar u Lulju 2014, it-turisti li ġejjin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropeja komplew jiżdiedu wkoll, fejn ġie reġistrat tkabbir ta’ aktar minn 11% f’turisti Amerikani u ta’ aktar minn 16% f’turisti Żvizzeri, ikkomparat ma l-istess xhur tas-sena 2013.

L-infieq tat-turisti bejn Jannar u Lulju 2014 kellu wkoll tkabbir inkoraġġanti ta’ ‘l fuq minn 7% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.  L-akbar infieq ras għal ras ġie reġistrat minn turisti Spanjoli, Belġani u Ġermaniżi rispettivament.

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr. Edward Zammit Lewis, jgħid li dawn iċ-ċifri pożittivi li qed jiġu affermati xahar wara xahar jinkoraġġixxu lil Gvern sabiex ikompli bil-ħidma tiegħu għall-ambjent u prodott turistiku ta’ kwalita li mhux biss ikompli jżid l-ammont ta’ turisti imma wkoll jattira turiżmu ta’ kwalita’.  B’hekk it-Turiżmu jkompli jkun il-mutur tal-ekonomija Maltija u jattira aktar negozjanti  sabiex jinvestu f’dan is-settur u jħajjar aktar żgħażagħ jgħażlu karriera fis-settur turistiku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow