Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI JNIEDI T-TAGĦSIR TAL-GĦENEB U JAGĦTI BIDU GĦAR-RIĊERKA TAL-VITIKULTURA FIĊ-ĊENTRU TAL-BUSKETT

pr141929
Date Icon 01/09/2014

Is-settur tal-vitikulutura huwa wieħed li kulma jmur dejjem qed jikber u jimxi fuq linja innovattiva. Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes qal li fil-preżent qed issir riċerka flimkien mal-Università ta’ Malta dwar enerġija alternattiva mix-xemx biex tkun iġġenerata kesħa għall-proċess tal-inbid. Dan qed isir biex dan is-settur jibqa’ jimxi ’l quddiem. Ħabbar ukoll l-ewwel tagħsira li qed issir mill-istess ċentru.

Għalkemm iċ-ċentru kien inawgurat ta’ malajr qabel l-elezzjoni li għaddiet, Galdes qal li ma kienx hemm il-makkinarju addattat biex dan jiffunzjona kif suppost. Għalhekk, saret ħidma mill-Gvern biex jinġieb l-apparat u magni ġodda minn barra, biex b’hekk, fl-aħħar ikun jista’ jopera.

Galdes qal dan waqt li għamel żjara fl-istazzjon sperimentali għas-setturi tal-vitikultura u enoloġija fil-Buskett. L-ewwel tentattiv kien sar lura fl-1947 meta l-iskop inizjali kien li Malta tibda tagħmel inbid lokali biex jiġi sostitwit ma’ dak impurtat. Kien għalhekk li l-Gvern alloka binja antika fil-Buskett u ftit raba’ madwarha. Snin wara kienet inbniet binja oħra u nġieb Malta il-Professur Olmo mill-Università ta’ California biex ir-riċerka titpoġġa iktar fuq bazi pforessjonali u wiesgħa.

Illum magħruf bħala l-istazzjon, qed jiġi mmexxi minn kumitat maħtur mis-Segretarjat Parlamentari tal-Biedja. Għal dan iċ-ċentru hemm imħejjija progammi li jinkludu sperimentazzjoni dwar id-dwieli awtonomi, estrazzjoni ta’ komponenti siewja mill-għeneb imkabbar fil-gżejjer Maltin u ħafna oħrajn.

Galdes qal li fil-21 ta’ Settembru se ssir open day f’dan l-istess ċentru, opportunità għall-poplu biex jara iktar mill-viċin x’inhu eżatt il-proċess ta’ kif isir l-inbid.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

More Press Releases Right arrow