SOSPIŻI Ż-ŻIDIET FIT-TARIFFI TAL-VALLETTA GATEWAY TERMINALS
pr141926
31/08/2014
Wara laqgħa li saret bejn il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi, iċ-Ċermen ta’ Transport Malta James Piscopo u uffiċjali ta’ Transport Malta mal-maniġment tal-Valletta Gateway Terminals, intlaħaq ftehim li jiġu sospiżi ż-żidiet fit-tariffi (terminal operator charges) li kellhom jidħlu fis-seħħ minn għada.
Skont ftehim li kien intlaħaq fis-sena 2010, il-VGT kellha d-dritt li tgħolli t-tariffi kull tliet snin. Matul il-laqgħa, ġie maqbul li ż-żidiet ma jidħlux fis-seħħ sakemm jitkomplew id-diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat, bl-iskop aħħari li jintlaħaq ftehim biex ma jogħlewx l-ispejjeż.
Other Press Releases:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042