STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA
Il-Gvern qed jaħdem biex jistabbilixxi l-fatti ta’ x’ġara fil-passat fil-binja tal-emerġenza fl-Isptar Mater Dei u se jkun qed jitlob li tinġarr kemm ir-responsabbilità politika kif ukoll ir-responsabbilità teknika u kummerċjali.
Fl-aħħar xhur kienet bdiet il-ħidma tal-Gvern fuq il-pjan ta' espansjoni ta' bini fuq id-dipartiment tal-emerġenza għal 68 sodda oħra.
Bħala parti mix-xogħlijiet, il-kuntrattur li kien qed jaħdem fuq dan il-proġett kien obbligat li jagħmel core tests tal-kolonni u l-infrastruttura. Deher ċar kemm mill-ewwel kif ukoll mit-tieni testijiet li saru, li l-concrete li ntuża f'ċertu kolonni ma kienx b'saħħtu biżżejjed u li kien ta' kwalità ferm inferjuri.
It-testijiet primarjament saru fuq kolonni u strutturi li l-kostruzzjoni tagħhom saret bejn Frar u Marzu tal-1996. Dawn it-testijiet se jkunu analizzati ma' sett ta' testijiet oħra li ġew ordnati u li l-konklużjonijiet tagħhom għandhom ikunu magħrufa fil-jiem li ġejjin.
F’dan il-kuntest ħa jsir kemm forensic audit fuq l-istruttura eżistenti kif ukoll se tintalab li ssir investigazzjoni mill-puliżija. Il-prijorità ta’ dan il-Gvern hija l-element ta' safety kemm għall-pazjenti kif ukoll għal dawk kollha li jaħdmu f'dan id-dipartiment.
Minbarra t-testijiet ġodda li ġew ordnati, il-Gvern qed jaħdem b’mod parallel fuq miżuri temporanji ta' mitigazzjoni biex tissaħħaħ l-istruttura tal-emerġenza. Fl-istess ħin se jkun qed isir site survey tad-dipartiment tal-Emerġenza li eventwalment ħa jwassal biex jittieħdu miżuri permanenti ta' mitigazzjoni.
Peress li ġie ffaċċjat b’din is-sitwazzjoni, b’mod proattiv, il-Gvern:
1) Ordna wkoll li jsir survey ġenerali li jkopri l-isptar Mater Dei kollu;
2) Qed jaħdem around the clock biex jinstab sit alternattiv fejn issir l-espansjoni tat-68 sodda. Dan irid isir b’mod urġenti sabiex ma jintilfux l-fondi tal-Unjoni Ewropea li huma marbuta b'timeline.
F'kull pass li se jkun qed jieħu, il-Ġvern se jkun qed jibqa’ jikkonsulta mal-unions ikkonċernati.
Stqarrijiet Oħra:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042