POŻITTIVI DWAR IL-PROĊESS TA' KONSULTAZZJONI
Il-Gvern qed iħares 'il quddiem b'mod pożittiv lejn il-konsultazzjoni dwar l-elezzjonijiet lokali għax dan il-proċess jagħti opportunità biex, bħala pajjiż, ikollna l-aħjar sistema possibbli li tkun ekwa u ta' sens komun.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit fl-Oppożizzjoni Chris Said qal li l-Partit Nazzjonalista jaqbillu li ma jsirux l-elezzjonijiet lokali f'Marzu li ġej.
Dan ifisser li, fuq ammissjoni tal-ogħla uffiċjali tal-Partit fl-Oppożizzjoni, il-Gvern mhux qed jagħmel li jaqbel lill-Partit Laburista, imma li jaqbel lill-pajjiż, fuq il-kwistjoni tar-rijorganizazzjoni tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Pajjiżna mhux l-ewwel darba li ċaqlaq jew ippospona l-elezzjonijiet lokali. Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kien ċaqlaq l-elezzjonijiet b'mod li flok isiru kull sena, isiru kull sentejn.
Il-Gvern jemmen li wasal iż-żmien li nistaqsu lilna nfusna jekk l-elezzjonijiet lokali għandhomx isiru kull ħames snin, minflok kull sentejn, b'mod li jsiru fl-istess ġurnata mal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Kif diġà spjegat pubblikament, hemm diversi vantaġġi għal dan il-pass imma jista' jkun hemm min ġenwinament ma jaqbilx. Hu għalhekk li l-Gvern fetaħ proċess ta' konsultazzjoni fejn se jisma' lill-istakeholders ewlenin u lill-pubbliku inġenerali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042