Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DR GEORGE VELLA JATTENDI GĦAL-LAQGĦA INFORMALI TAL-MINISTRI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN F’MILAN

pr141922
Date Icon 30/08/2014

ll-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George Vella, għadu kemm temm jumejn ta' laqgħat f'Milan.

Hu kien qiegħed jattendi flimkien mal-Ministri għall-Affarijiet Barranin l-oħra tal-Unjoni Ewropea għal-laqgħa informali taħt il-Presidenza Taljana tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Kif kien  mistenni s-suġġetti diskussi kienu dawk li bħalissa qegħdin jolqtu u jinkwetaw l-aktar lill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, fosthom il- kriżi fl-Ukrajna , is-Sirja, l-Iraq, il-Libja u l-proċess għall-Paċi fl-iLvant Nofsani.

Fl-interventi li għamel il-Ministru Vella saħaq li jekk ma konniex  ser  nagħtu l-attenzjoni meħtieġa b'mod urġenti kien hemm il-periklu li l-Libja issir Iraq ieħor wara biebna.

Huwa spejga fid-dettal il-kumplessita’ tas-sitwazzjoni, it-tibdil kontinwu li għaddej, u l-iżvolti li tista’ tieħu sitwazzjoni daqshekk delikata.

Huwa wissa kontra indħil militari, u saħaq li xogħlna huwa li ngħinu lil-Libja ssolvi l-problemi.

Il-Ministru Vella qal li rridu nisimgħu lil kulħadd u ma nagħlqu l-bieb f' wiċċ ħadd.

Huwa rrakkomanda li nagħtu l-għajnuna teknika, umanitarja u politika kollha possibbli, inżommu djalogu miftuħ ma’ kull fazzjoni li hemm fil-Libja, ngħinu bjex jigi kkontrollat it-tixrid tal-armi u l-munizzjon, kif ukoll idealment naħdmu biex titwaqqaf Kummissjoni Internazzjonali għal Rikonċiljazzjoni Nazzjonali.

Dr Vella qal li bħalissa aħna nikkunsidraw il-Gvern ta’ Tobruk bħala dak leġittimu imma lesti li nitkellmu ma’ kulħadd.

Qal ukoll li pajjiżna qiegħed jieħu sehem fil-laqgħa tal-mibgħuta speċjali li qegħdin jiġu kkordinati mar-rappreżentant speċjali tal-Ġnus Magħquda Bernardino Leon.

Meta tkellem dwar l-iLvant Nofsani l-Ministru Vella faħħar il-waqfien mill-ġlied li kien innegozjat mill-Eġittu u esprima t-tama li jekk dan il-waqfien iżomm għal xahar, jibdew diskussjonijiet sostanzjali dwar il-proċess, li jwassal għall-paċi.

Il-Ministru qal li jemmen li s-sitwazzjoni umanitarja f’Gaza hija tal-biża’ u li l-Iżrael filwaqt li kellu d-dritt kollu jiddefendi ruħu seta’ laħaq l-għanijiet tiegħu b’anqas forza, ħerba u mwiet.

Il-Ministru tkellem dwar il-bżonn ta’ rikostruzzjoni, diżarm u soluzzjoni politika.

Spjega kif l-alleanzi politiċi fir-reġjun qegħdin jippreżentaw xenarju differenti minn dak ta’ ftit ilu, u wera t-tama li l-Awtorita’ Palestinjana jkollha aktar kontroll fuq Gaza.

Il-Ministru insista li l-Unjoni Ewropea għandha  jkolla rwol aktar attiv f’din il-kwistjoni, flimkien ma’ pajjiżi u entitajiet oħra li ilhom jagħtu sehmhom f’din il-kwistjoni.

Punt importanti li għamel il-Ministru huwa li matul il-waqfien mill-ġlied irid ikun hemm sorvelja serja ta’ dak li jkun dieħel u ħiereġ, u esprima x-xewqa li jitnaqqas l-istat ta’ assedju li n-nies ta’ Gaza ilhom isofru għal snin twal.

Rigward l-Ukrajna ntwera tħassib serju għaliex dak li qiegħed iseħħ fin-naħa tal-iLvant tal-Ukrajna ma jirriflettix il-wegħdiet u l assigurazzjonijiet li qegħdin jagħtu l-ħin kollu n-naħa tar-Russja.

Hemm qbil li jekk l-affarijiet ma jirranġawx ikun hemm possibilta’ ta’ aktar sanzjonijiet.

Minn Milan il-Ministru Vella se jmur il-Moldova fejn fil-jiem li ġejjin mistenni jkollu laqgħat mal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

More Press Releases Right arrow