Left arrow Go Back

“IL-ĦALIB TAL-OMM L-GĦAŻLA NATURALI GĦAT-TARBIJA”- CHRIS FEARNE

pr141917
Date Icon 29/08/2014

Bħala parti mill-proċess dwar il-politika fuq il-ħalib tal-omm, saret l-aħħar laqgħa minn sensiela ta’ konsultazzjoni pubblika fuq dan is-suġġet li fiha ħa sehem is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne. Fearne sostna li l-ħalib tal-omm għandu jkun l-unika forma ta’ nutrizzjoni għat-trabi matul l-ewwel sitt xhur tal-ħajja. Dan għaliex nemmnu li t-treddiegħ tal-omm huwa l-għażla naturali tat-tarbija u barraminnhekk jista’ jevita mard aktar ’il quddiem, apparti li huwa wkoll mezz effettiv kontra l-obeżità. Huwa dmir tagħna illi noffru s-sapport kollu lill-ommijiet u l-familji biex min ikun għamel l-għażla tal-breastfeeding jirnexxielu f’dan il-għan.

“Illum ġejna hawnhekk biex nisimgħu mill-industriji u mis-soċjetà ċivili”, qal Chris Fearne meta fetaħ id-diskussjoni. Hu qal li m’huwiex biżżejjed li l-omm tagħżel li tagħti l-ħalib tagħha iżda jrid jinħoloq ambjent addattat biex l-omm ikollha f’kull ħin l-appoġġ meħtieġ, kemm jekk qiegħda d-dar, barra jew fuq il-post tax-xogħol.

Chris Fearne qal, “irridu ngħinu lill-familja fl-ambjent tagħha. B’hekk se nkunu qegħdin naħdmu fuq inizjattivi li jiffaċilitaw il- breastfeeding fil-komunità.” Sabiex tassew tibda titwettaq il-politika nazzjonali ta’ breastfeeding, fil-jiem li ġejjin se tinfetaħ l-ewwel breastfeeding room fil-bini tal-Ministeru tas-Saħħa fil-Belt Valletta. 

Il-messaġġ li rridu ngħaddu għandu jkun wieħed konsistenti: il-ħalib tal-omm għandu jkun xi ħaġa normali u parti mill-kultura tagħna. Is-sostitut tal-ħalib tal-omm għandu jintuża’ biss f’każ li dan il-proċess naturali ma jkunx possibbli.

Waħda mill-proposti li kienet diskussa matul din il-laqgħa ta’ diskussjoni pubblika kienet il-possibbilità li jkun rregolarizzat ir-reklamar ta’ prodotti alternattivi għall-ħalib tal-omm.

“Aħna kommessi li noffru r-riżorsi meħtieġa, bil-koperazzjoni sħiħa tal-industrija sabiex fejn hu possibbli huma wkoll jallokaw l-ispazju meħtieġ permezz ta’ miżuri aktar family-friendly”, qal Chris Fearne. Ghaldaqstant għaddejja ħidma biex f’ċerti lokalitajiet ikun hemm ċentri ta’ breastfeeding clinic.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa ħabbar li l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid qed jaħdem biex joffri dan is-servizz kif qed jagħmlu wkoll kumpaniji bħall-Airmalta li introduew breastfeeding policy fuq it-titjiriet tagħhom.

Charmaine Gauci, il-Kap tal-Health Promotion and Disease Prevention Unit, qalet li mill-laqgħat li saru waqt din il-konsultazzjoni kien hemm reazzjonijiet pożittivi għal pożizzjoni li qed jaddotta l-Gvern. Hi qalet li tema prinċipali li ħarġet minn dawn il-laqgħat kienet l-importanza tal-appoġġ tal-missier, għall-ommijiet fl-ewwel xhur wara li jkollhom tarbija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

More Press Releases Right arrow