Left arrow Go Back

IPPUBBLIKATA ESPRESSJONI TA’ INTERESS GĦALL-PROVISTA TA’ SERVIZZI RESIDENZJALI GĦAL PERSUNI B’DIŻABILITÀ

pr141916
Date Icon 29/08/2014

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva ppubblika fuq il-Gazzetta tal-Gvern espressjoni għall-interess għall-provista u servizzi residenzjali għal persuni b’diżabilità. Dan ġie mħabbar mis-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn qalet li dawn is-servizzi residenzjali jagħmlu parti mill-wegħda elettorali tal-Gvern li jserraħ l-imħuħ tal-ġenituri ta’ persuni b’diżabilità. Is-Segretarju Parlamentari appellat lill-pubbliku sabiex jipparteċipa f’din l espressjoni peress li hija intiża biex tilqa’ proposti differenti.

Waqt din il-konferenza s-Segretarju Parlamentari ħabbret ukoll li se jkun qiegħed jintuża mekkaniżmu ġdid biex jilqa’ l-ilmenti dwar ir-residenzi tal-anzjani, billi ġie mniedi numru tal-freephone ġdid, 80072367 u emejl għall-ilmenti, elderlyhomes-complaints.mfss@gov.mt.

Is-Segretarju Parlamentari qalet li permezz ta’ dan is-servizz is-Segretarjat se jkun qiegħed iqassam l-ilmenti aħjar u se jkun qiegħed jaħdem b’kollaborazzjoni diretta mal-Audit team biex b’hekk ikunu iktar effiċjenti u effikaċi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

More Press Releases Right arrow