Left arrow Go Back

NIMXU ’L QUDDIEM PERMEZZ TAT-TAGĦLIM – PROĠETT GĦAL TAĦRIĠ FIL-LINGWA INGLIŻA GĦAR-REFUĠJATI

pr141914
Date Icon 29/08/2014

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru  għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia ħabbar illi ntlaħaq ftehim flimkien mal-Kumpanija Elanguest sabiex jingħata taħriġ fil-lingwa Ingliża lir-refuġjati. Dan qed isir fid-dawl illi dan il-Gvern huwa kommess li jaħdem fuq politika t’integrazzjoni.

Fil-ftehim li ntlaħaq bejn il-Ministeru u l-kumpanija Elanguest hemm stipulat illi kull refuġjat li jidħol għal dan it-taħriġ se jkun qed jingħata taħriġ fil-lingwa Ingliża tul erba’ ġimgħat. Dawn l-erba’ ġimgħat se jkunu mqassma fuq ħmistax-il siegħa ta’ taħriġ fil-ġimgħa. It-taħriġ se jkun qed jingħata fil-kumpless tal-kumpanija Elanguest stess.

L-istess ftehim jgħid ukoll illi l-kumpanija Elanguest se tkun qed tagħti dan it-taħriġ bla ħlas, filwaqt li l-istess ftehim se jseħħ fis-sena skolastika li jmiss, jiġifieri Settembru 2014 u Ġunju 2015.

Il-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali se jkun ukoll qed jitlob rapport ta’ riżultati li nkisbu u ta’ kif kienet l-esperjenza inġenerali meta dan il-ftehim jasal fi tmiemu.

Dan huwa proġett pilota biex fuqu jkunu jistgħu jsiru aktar proġetti simili. Fil-fatt hemm il-ħsieb, illi ’l quddiem, dan it-tip ta’ proġett ikun estiż anki għal dawk li jkunu qed ifittxu subsidiary protection, dawk li jkunu qed jistaqsu għal-ażil (asylum seekers) u anki għal dawk li jkollhom protezzjoni temporanja (temporary protection).

Waqt id-diskussjonjiet li saru sabiex intlaħaq dan il-ftehim, il-kumpanija Elanguest qalet illi n-negozju jista’ jasal f'punt fejn jistaġna, imma xi drabi negozju jista’ joffri l-opportunità li jtejjeb il-ħajja u l-esperjenza personali ta’ ħafna nies.

Ftit ta’ snin ilu l-għalliema tagħhom għallmu l-lingwa Ingliża lill-applikanti għall-ażil kif ukoll lir-refuġjati, u din l-esperjenza pożittiva baqgħat f'moħħ dawk kollha li pparteċipaw.

Huma tal-fehma li dan il-proġett, issa fuq skala akbar u bil-kollaborazzjoni tal-Gvern, joffri opportunità biex ikun promoss dan il-ħsieb, ikunu involuti negozji oħra, u b'hekk insibu soluzzjoni u noffru opportunità għal dawk li l-aktar għandhom bżonn.

Preżenti għall-istess konferenza kien hemm il-Ministru għall-Edukazzjoni, Taħriġ u Xogħol Evarist Bartolo li fisser dan il-proġett bħala eżempju tajjeb ta’ Corporate Social Responsiblity. Huwa faħħar l-inizjattiva u ħeġġeġ sabiex ikun hawn aktar skejjel li jaħdmu fl-istess qasam sabiex joffru servizz simili.

Numru ta’ rappreżentanti ta’ NGO’s kienu wkoll preżenti, fosthom rappreżentanti ta’ AWAS, Emigrant’s Commission, Marsa Open Centre, SOS Malta, Red Cross, JRS u OFD.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

More Press Releases Right arrow