Left arrow Mur Lura

IFFIRMAT IL-FTEHIM TA’ DATA LINK FISSA BIS-SISTEMA IP, BIT-TEKNOLOĠIJA DMNG BEJN IL-PBS U L-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

pr141913
Date Icon 29/08/2014

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo indirizza bord speċjali tal-PBS iddedikat esklussivament għal Għawdex u għall-ħtiġijiet tiegħu mill-perspettiva tax-xandir pubbliku u nazzjonali.

Anton Refalo esprima s-sodisfazzjon tal-ftehim li  ġie ffirmat mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għal Għawdex John Borg u c-CEO tal-PBS Anton Attard; ftehim li permezz tiegħu Għawdex issa għandu l-facilità ta’ data link fissa bis-sistema  IP bit-teknoloġija DMNG (Digital Mobile News Gathering)  li tgħaqqdu mal-Creativity Hub fi Gwardamanġa. Dan hu ta’ vantaġġ kbir għal Għawdex u din il-faċilità tiftaħ prospetti ġodda biex personalitajiet Għawdxin ikollhom il-faċilità jitkellmu jew ikunu intervistati live mingħajr il-ħtieġa li kull darba jmorru Malta. Barra minn hekk, avvenimenti speċjali u ġrajjiet ta’ emerġenza jistgħu jinqabdu live jew jiġu ffilmjati u trasmessi fl-iqsar żmien possibbli.  Il-Ministru apprezza wkoll id-deċizjoni li l-PBS tiddedika studjo apposta għal dawn it-trasmissjonijiet fi ħdan il-kumpless tac-CVC media fil-Belt Victoria.

Ftehim ieħor importanti huwa dak bejn il-PBS u CVC media  milħuq fl-aħħar xhur. Għalhekk  servizzi u features qed jintwerew regolarment fl-aħbarijiet ta’ TVM. Għawdex qed ikollu wkoll medja ta’ tliet servizzi fil-ġimgħa kif ukoll għadd ta’ links trasmessi live.

Il-Ministru innota wkoll il-promozzjoni ta’ diversi attivitajiet fosthom l-iffilmjar u t-trasmissjoni tal-kunċerti popolari RockAstra u Leone Goes Pop fil-Belt Victoria, il-live links li saru mill-Karnival, kif ukoll it-trasmissjoni tal-inawgurazzjoni tal-manifestazzjoni Betlehem f’Għajnsielem fil-Milied fost l-oħrajn. Dawn it-trasmissjonijiet live urew kemm Għawdex huwa destinazzjoni turistika ta’ suċċess li tista’ tħabbatha mal-aqwa lokalitajiet turistiċi fil-Mediterran.

Anton Refalo sostna kemm hu importanti għal Għawdex li l-oqsma strategiċi tal-kummerċ, tat-turiżmu, tal-wirt storiku, arkitettoniku,  tal-ambjent, tal-kultura u tal-edukazzjoni jiksbu din l-attenzjoni ta’ benefiċċju għall-progress soċjo-ekonomiku tal-gżira. Il-viżjoni tal-Gvern hija li tiffavorixxi b’kull mezz possibbli it-titjib fil-livell tal-għajxien tal-poplu, u għaldaqstant il-focus speċjali li x-xandir pubbliku huwa impenjat li jagħti lid-diversi realtajiet ta’ Għawdex jikkostitwixxi impatt pożittiv f’dan il-proċess ta’ żvilupp. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow