PASSI OĦRA ’L QUDDIEM FIL-PJAN DWAR L-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART
Saret laqgħa mmexxija mill-Ministru Leo Brincat, fil-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, li għaliha attendew il-membri tal-Waste Stakeholders Group.
Waqt din il-laqgħa l-membri tal-grupp ingħataw l-opportunità li juru fehemthom dwar kif jaħsbuha, b’konformità mal-pjan innifsu, li għandu jevolvi r-rwol tal-WasteServ tul is-snin li ġejjin; kif għandu jsir b’mod regolat il-ġbir tal-iskart mill-entitajiet kummerċjali u tal-ikel fil-bliet u l-irħula Maltin u Għawdxin; kif ukoll l-aħjar mod kif għandha tiġi introdotta t-tielet borża tal-iskart mingħajr l-inqas skossi fuq bażi ta’ proġett/i pilota. Ingħatat ħafna importanza lir-rwol tal-Kunsilli Lokali fit-twettieq tal-pjan innifsu.
Kull fejn meħtieġ se jsiru l-konsultazzjonijiet xierqa mal-korpi kostitwiti kkonċernati.
Preżenti wkoll kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo flimkien ma’ uffiċjali mill-Ministeru.
Stqarrijiet Oħra:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042