Left arrow Mur Lura

SEJĦA GĦAL TENDER GĦAL PARKEĠĠ TAĦT L-ART F’BORMLA

pr141910
Date Icon 29/08/2014

Kif ħabbar il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi fil-ġranet li għaddew, il-Gvern, permezz tal-GHRC (Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir) li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura se jippubblika sejħa għal tender għall-iżvilupp u l-operat ta’ parkeġġ taħt l-art fiż-żona ta’ Santa Margerita, f’Bormla, li tinkludi wkoll żvilupp ta’ tisbieħ madwar il-parkeġġ.

Is-sejħa se tkun ippubblikata nhar it-Tlieta 2 ta’ Settembru.

B’hekk, dan il-Gvern se jkun qed iwettaq dak li Gvern preċedenti wiegħed u ma wettaqx, meta ftit qabel l-Elezzjoni Ġenerali tal-1996, kien wiegħed lir-residenti tal-Kottonera, li fiż-żona tal-Baċir Numru Wieħed, se jinbena parkeġġ taħt l-art, fost wegħdi oħrajn ta’ kumpless għax-xiri, jott marina, amfiteatru, ristoranti u appartamenti lussużi, proġetti li baqgħu ma saru qatt.

Permezz tal-inawgurazzjoni tal-proġett tal-Baċir Numru Wieħed fil-ġranet li għaddew, il-Gvern Ċentrali wettaq wegħda elettorali oħra, meta f’sena u nofs, lesta dak li Gvern preċedenti m’għamilx f’dawn l-aħħar 20 sena.

F’dawn l-aħħar snin, kienu bosta residenti li esprimew it-tħassib tagħhom għall-fatt li minħabba l-proġett tal-Baċir Numru Wieħed, tneħħew għadd konsiderevoli ta’ spazji għal parkeġġ għar-residenti u min iżur dawn l-inħawi, speċjalment issa li ż-żona nbidlet f’waħda rikreattiva.

Id-data tal-għeluq tas-sottomissjonijiet hija t-23 ta’ Ottubru li ġej.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow