JINBEDA L-PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IL-PROĠETT TAR-RELOKAZZJONI TAL-IRZIEZET TAL-BAQAR F’SAN NIKLAW
Madwar 100 tifel u tifla li qed jattendu Skolasajf kellhom l-opportunità iżuru razzett fir-Rabat biex jaraw l-operat ta’ kif jitkabbru l-baqar u jsegwu wkoll il-mod kif isir il-proċess tal-ħalib. It-tfal kienu ġejjin mil-lokalitajiet tas-Siġġiewi u l-Qrendi. Waqt din iż-żjara s-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes beda jispjega lill-istudenti dwar l-importanza ta’ din l-industrija.
Fisser kif il-ħalib huwa wieħed mill-prodotti Maltin li għandna biex inkunu kburin bih, dan speċjalment bis-sagrifiċċju li jagħmlu r-raħħala kuljum. Permezz tas-sagrifiċċji tar-raħħala Maltin u Għawdxin, il-gżejjer tagħna jgawdu mill-irħas prezz fis-swieq Ewropej.
Huwa spjega li jekk inkunu qed nimminaw din l-industrija agrikola, inkunu wkoll qed nheddu l-prodott Malti, f’dan il-każ dak tal-ħalib li ta’ kuljum ikun fuq il-mejda tal-familji Maltin. Roderick Galdes qal li l-pjan tal-Gvern dwar il-proġett ta’ San Niklaw li jinsab fis-Siġġiewi, maħsub biex ikun simili ta’ dan ir-Razzett li hu maqsum f’sezzjonijiet differenti. Ir-razzett huwa wieħed attrezzat kif ukoll għandu l-istandards kollha neċessarji biex ikun konformi mal-Unjoni Ewropea.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja dwar il-proġett ta’ San Niklaw qal li hu maħsub biex jilqa’ fih madwar seba’ rziezet oħra u mhux 17, hekk kif kien fil-bidu tal-pjan. Sfortunatament ċertu rziezet kellhom jagħlqu minhabba d-dewmien esagerat tal-mepa biex tohrog dan il-permess. Dan l-ammont għadu mhux wieħed definit peress li għadhom qed isiru xi taħdidiet ma’ dawk ikkonċernati. L-industrija tal-ħalib tutilizza madwar 60 fil-mija tal-art agrikola mil-mgħalef li jiġi miżruh mill-bdiewa.
It-tfal ta’ Skolasajf kellhom l-opportunità li jaraw kif jopera dan ir-razzett kif ukoll ingħataw dettalji ta’ kif jieħdu ħsieb il-baqar u anke kif isir il-ħalib. Bħala parti miż-żjara ingħataw il-ħalib u yoghurt Malti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042