LAQGĦA BEJN IL-GVERN MALTI U UFFIĊJALI GOVERNATTIVI U PARLAMENTARI TAL-LIBJA
pr141905
29/08/2014
Kmieni wara nofsinhar, saret laqgħa bejn il-Gvern Malti u uffiċjali governattivi u parlamentari tal-Libja.
Matul din il-laqgħa, li tmexxiet mid-Deputat Prim Ministru u mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin, ġew diskussi s-sitwazzjoni u l-aħħar żviluppi fil-Libja.
Malta saħqet fuq l-importanza li tinstab soluzzjoni paċifika kemm jista’ jkun malajr għall-kunflitt fil-Libja li qed iwassal għal tbatija u kriżi umanitarja fuq il-poplu Libjan.
Malta temmen li s-soluzzjoni aħħarija għandha tinstab permezz ta’ djalogu bejn il-partijiet kollha involuti. Madanakollu Malta tibqa’ ssostni li tirrikonoxxi l-Kamra tar-Rappreżentanti kif eletta mill-poplu Libjan fl-aħħar elezzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042