Left arrow Mur Lura

L-AMBAXXATUR TAR-REPUBBLIKA TAL-IRLANDA JAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-ISPEAKER

pr141892
Date Icon 27/08/2014

L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Irlanda, l-E.T. Jim Hennessy, dalgħodu għamel żjara tal-aħħar lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia.

L-iSpeaker esprima l-kondoljanzi tiegħu għat-telfa tal-ex-Prim Ministru Irlandiż Albert Reynolds u talab lill-Ambaxxatur Irlandiż iwassal il-messaġġ lill-Gvern u lill-poplu Irlandiż.

Iż-żewġ naħat irreferew għar-relazzjonijiet eċċellenti li dejjem eżistew bejn Malta u l-Irlanda u tkellmu dwar diversi suġġetti li huma ta’ interess għaż-żewġ naħat, fosthom l-importanza tat-tkabbir fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi.

L-iSpeaker faħħar il-ħidma siewja li l-Ambaxxatur Irlandiż  wettaq matul iż-żmien li kien Malta u li żgur kien strumentali biex kompla jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow