Left arrow Go Back

KONSULTAZZJONI PUBBLIKA DWAR PROTEZZJONI TAD-DATA FIS-SETTUR EDUKATTIV

pr141890mt
Date Icon 27/08/2014

Il-Gvern fetaħ għall-konsultazzjoni pubblika Avviz Legali dwar protezzjoni tad-data fis-settur edukattiv, li fost affarijijet oħra jirregola l-ġbir ta’ informazzjoni dwar l-istudenti.

Din il-konsultazzjoni qed issir b’konformità mal-kunċett ta’ open government biex tassigura aktar trasparenza kif ukoll biex ikun hemm l-involviment dirett tas-soċjetà ċivili, trade unions, partiti politiċi, istituzzjonijiet governattivi u l-pubbliku inġenerali.

Il-Gvern għandu obbligu li jindirizza nuqqasijiet eżistenti fis-sistema edukattiva biex jgħin lil numru sostanzjali ta’ studenti bla kwalifiki jew li huma nieqsa mill-ħiliet bażiċi neċessarji jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Fl-istess ħin, kif kien imwiegħed fil-manifest elettorali, irid jiġi assikurat li s-sistema edukattiva tagħna tkun waħda li tintegra lill-istudenti kollha fejn ħadd ma jaqa’ lura u l-istudenti jtemmu l-ħames snin fl-iskola sekondarja.

Dan il-miżuri jistgħu jittieħdu jekk l-istituzzjonijijet u l-awtoritajiet edukattivi jaħdmu flimkien biex jindirizzaw din il-problema b’mod kollettiv fuq bażi nazzjonali.

Fil-ġimgħat li għaddew, il-Kummissarju għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni u d-Data kien ħatar grupp ta’ ħidma biex jevalwa u joħroġ b’soluzzjonijiet li jipprovdu kif isir l-ipproċessar ta’ informazzjoni personali fil-qasam tal-edukazzjoni. Dan sabiex ikun hemm is-salvagwardji kollha neċessarji.

Wara qbil li kien reġistrat bejn il-partijiet kollha fuq l-emendi li kien hemm bżonn isiru, issa dan l-avviz legali qed jgħaddi għall-istadju ta’ konsultazzjoni pubblika.

Il-grupp ta’ ħidma kien magħmul minn rappreżentanti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, mill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, mill-iskejjel tal-Knisja, mill-iskejjel indipendenti, mill-MCAST, ITS, mill-Università kif ukoll mid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi.

L-abbozz tal-avviż legali jista’ jiġi aċċessat mis-sit  http://msdc.gov.mt/en/Public_Consultations/MEDE/Pages/Consultations/ProcessingOfPersonalDataEducationSector.aspx inkella mis-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Edukazzjoni education.gov.mt

Il-pubbliku jista’ jibgħat ir-reazzjonijiet tiegħu direttament mis-sit elettorniku inkella permezz ta’ email fuq onlineconsultations.msdc@gov.mt jew permezz tal-posta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

More Press Releases Right arrow