Left arrow Mur Lura

SENSIELA TA’ LIĠIJIET SER IKUNU EMENDATI GĦAR-RAPPREŻENTANZA TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ

pr141889
Date Icon 27/08/2014

Il-Gvern Malti ser ikun qiegħed jemenda sensiela ta’ liġijiet biex ikollna rappreżentanza ta’ persuni b’diżabilità f'diversi entitajiet ewlenin f'pajjiżna. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana waqt id-diskors tagħha f’preżentazzjoni ta’ ċertifikati għall-korsijiet tal-FITA.

Is-Segretarju Parlamentari qalet ukoll li fi ftit ġimgħat oħra l-Gvern permezz tas-Segretarjat tagħha ser ikun qiegħed jippubblika l-politika Nazzjonali għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Qalet li dan id-dokument ser ikun qiegħed jagħti spinta enormi lill-abbiltà tal-persuni b’diżabilità li bħala Segretarjat Parlamentari jemmen ħafna fihom.

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana saħqet fuq l-accessibilità fil-qasam tat-teknoloġija tal-informatika għaliex dan it-tip ta'  aċċess huwa mhux biss dritt imma wkoll huwa importanti biex persuni b'diżabiltà jipparteċipaw b'mod sħiħ fis-soċjetà tagħna inkluż ukoll fid-dinja tax-xogħol. Saħqet kif il-Gvern għandu jkun trend setter u allura qabel xejn il-portals li jintużaw mill-istat, f’dipartimenti u anke awtoritajiet u aġenziji jkun tal-ogħla kwalità f’termini ta’ teknoloġija aċċessibbli. Qalet li rridu naraw użu aktar b’saħħtu mill-persuni b’diżabilità ta’ dawn is-servizzi permezz ta’ taħriġ u kampanji ta’ informazzjoni. Saħqet ukoll li rridu naraw aktar nies speċjalizzati fl-użu ta’ din it-teknoloġija u kif taffettwa u tista’ taffettwa b’mod pożittiv lill-persuni b’diżabilità. L-isforzi jridu jkunu wkoll biex inkomplu nsaħħu aktar aċċess għall-wifi hotspots, użu tal-wifi fuq il-vapur ta’ Għawdex u anke fil-pjazzez pubbliċi, kif ukoll nagħmlu alleanzi strateġiċi mal-Università ta’ Malta u mal-MCAST biex dawn jgħinuna niżviluppaw software ibbażat fuq il-bżonnijiet lokali tal-persuni b’diżabilità.

Is-Segretarju Parlamentari ferħet lil dawk kollha li temmew b'suċċess dan il-kors u ħeġġithom biex jieħdu iktar opportunitajiet ta' tagħlim.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow