Left arrow Mur Lura

GĦAWDEX FIL-ĠIMGĦA TA’ SANTA MARIJA

pr141888
Date Icon 27/08/2014

Din is-sena (2014) Għawdex se jkollu record t’iktar minn miljun turist barrani.

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo għamel żjara ta’ kortesija f’ lukandi, ħwienet, restoranti u farmhouses wara r-riżultati pożittivi fit-turizmu li laħqu l-quċċata f’nofs Awwissu, speċjalment fil-ġimgħa ta’ Santa Marija. Flimkien mal-Ministru kien hemm ukoll Joe Muscat president tal-Gozo Tourism Association (GTA) u Michael Grech president tal- Gozo Business Chamber (GBC).

Anton Refalo esprima s-sodisfazzjon tiegħu li din is-sena (2014) intlaħqu l-aspettazzjonijiet f’dan ir-rigward, bl-istabbilimenti turistiċi jkollhom riżultati pożittivi.    Dan huwa ppruvat mill-għadd ta’ passiġġieri u vetturi li qasmu permezz tal-Gozo Channel matul il-ġimgħa ta’ Santa Marija. Il-Ministru qal li fil-fatt, ‘il fuq minn 70,000 passiġġier qassmu minn Malta għal Għawdex –

Żieda ta’ 3% fuq is-sena 2013

Żieda ta’ 9% fuq is-sena 2012

Żieda ta’ 13% fuq is-sena 2011

Ġew trasportati ‘l fuq minn 18,000 vettura

Żieda ta’ 2.5% fuq is-sena 2013

Żieda ta’ 6.2% fuq is-sena 2012

Żieda ta’ 12.7% fuq is-sena 2011

Għal kull vjaġġ, fil-ġimgħa ta’ Santa Marija (2014) l-Gozo Channel għabbiet 292 passiġġier filwaqt li fit-2011 għabbiet 254 passiġġier.  Għabbiet medja ta’ 74 vettura mqabbel ma’ 64 vettura fl-istess ġimgħa fit-2011.

It-titjib fis-settur turistiku f’Għawdex m’huwiex ristrett għall-ġimgħa ta’ Santa Marija biss. Skont l-aħħar statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, sal-31 ta’ Mejju 2014 Għawdex irreġistra żieda ta’ bednights fil-lukandi ta’ 7% fuq it-2013 u ta’ 22% fuq is-sena 2010.

Dan isarraf f’żieda ta’ kważi 4,000  bednight  fuq is-sena 2013 u żieda ta’ 18,500 bednight fuq is-sena 2010.  Din iż-żieda turi żewġ xejriet pożittivi:

1.       Għawdex qiegħed jirnexxilu jkattar it-turisti fl-istaġuni l-baxxi (low and shoulder months) kif fil-fatt huma x-xhur Jannar sa Mejju.  Tant hu hekk li  f’Jannar 2014 biss, kien hemm żieda mpressjonanti ta’ 49% ta’ bednights ta’ turisti barranin.

2.      Anke t-turisti Maltin żdiedu fl-istess xhur.  Tant li kien hemm żieda ta’ 10% ta’ turisti Maltin li qagħdu fil-lukandi u l-guest houses.  Din iż-żieda kienet iffaċilitata  minn żewġ inizjattivi li ħadu l-Gozo Channel u l-Ministeru għal Għawdex fi Frar u f’Mejju – il-Valentine’s Special Weekend u l-weekend ta’ Jum l-Omm.

Fis-sena 2013, il-bednights ta’ turisti barranin laħaq 972,000.  Is-settur turistiku Għawdxi huwa kunfidenti li għall-ewwel darba fl-istorja,  din is-sena (2014) Għawdex se jkollu record t’iktar minn miljun turist barrani.

Dan is-suċċess huwa biss il-bidu.  Il-Ministeru għal Għawdex għandu strateġija biex ikabbar it-turiżmu billi jinkoraġixxi niċeċ partikolari.  Apparti s-suq ġdid tal-cruiseliners li sejjer ikun possibbli bil-bini tal-cruise liner terminal; u dak tal-yacht marinas, sejjer jiġi żviluppat it-turiżmu mediku u t-turiżmu edukattiv.

Il-Ministru Anton Refalo rringrazzja lill-operaturi fil-qasam turistiku – lukandiera, sidien tar-restoranti, il-ħaddiema kollha f’dan is-settur, kif ukoll lill-pulizija, impjegati fil-qasam tas-saħħa u l-ħaddiema tal-Gozo Channel li lkoll taw il-kontribut tagħhom biex il-ġimgħa ta’ Santa Marija kienet suċċess.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

Aktar Stqarrijiet Right arrow