STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI
Konsultazzjoni online għall-kampanja #RaiseTheBars
Bħala parti mill-proċess ta' konsultazzjoni dwar il-White Paper li għandha twassal għal riforma fil-liġijiet li jirregolaw id-drogi tal-abbuż, il-Ministeru qed iniedi paġna fuq Facebook biex id-diskussjoni tkompli fuq is-social media.
Il-gvern qed jipproponi li l-enfasi m'għandhiex tibqa' fuq il-kastig iżda fuq rijabilitazzjoni u l-kura.
Is-sit soċjali Facebook bl-isem ta #RaiseTheBars se jiffaċilita l-mod kif persuni interessati fis-suġġett ikunu jistgħu jgħaddu l-ideat u rakomandazzjonijiet tagħhom kif ukoll jistaqsu mistoqsijiet rigward is-suġġett.
Il-konsultazzjoni ilha għaddejja minn 15 ta' Lulju u ser tintemm fil-15 ta' Settembru.
Il-Ministeru ser itella' ukoll seminar ta' nofs ta' nhar flimkien mal-istakeholders ewlenin sabiex niddiskutu bl-aktar mod apert dan is-suġġett nhar it-Tnejn l-1 ta' Settembru 2014.
Il-Gvern beħsiebu jressaq l-abbozz finali qabel it-tmiem tas-sena 2014.
Stqarrijiet Oħra:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042