IL-PARK TAL-FAMILJA F’WIED IL-GĦAJN: IL-KABINETT JIDDEĊIEDI B’IMPENN FAVUR IL-FAMILJI - IL-MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA LEO BRINCAT
Fl-aħħar laqgħa tal-Kabinett li saret bħal għada ġimgħa, ġie deċiż li fil-ġejjieni qrib għandhom jinħarġu, bl-aktar mod trasparenti, sejħiet għall-offerti għall-kiri ta’ għadd ta’ faċilitajiet ġodda fil-Park tal-Familja ta’ Wied il-Għajn.
Dan sabiex il-konsumatur ikollu għażla akbar u s-settur privat ikun jista’ jgawdi minn spazju aktar wiesgħa wkoll.
Dan qalu l-Ministru Leo Brincat meta dalgħodu indirizza konferenza tal-aħbarijiet fil-Park tal-Familja stess, fejn fisser li f’Mejju li għadda kienet għalqet espressjoni ta’ interess li saret bil-għan waħdieni biex jiġi stabbilit jekk kinux lesti jitressqu ideat ġodda, b’żieda ma’ dawk identifikati mill-Gvern, għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ partijiet mill-Park tal-Familja.
B’kollox kien hemm 16-il sottomissjoni minn 14-il parti interessata. Dawn ġew evalwati minn Review Team maħtur mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti.
Wara li jsiru konsultazzjonijiet xierqa mad-Dipartiment tal-Artijiet u mal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej, minħabba li ċerti partijiet tal-Park li huma ffinanzjati minn fondi Ewropej, il-Gvern se joħroġ għall-kiri faċilitajiet f’għadd ta’ żoni speċifiċi. Dawn jinkludu:
• L-ISTALEL – fejn l-aċċess tal-pubbliku se jibqa’ bla ħlas u n-nies iħallsu biss għas-sevizzi ekwestri;
• ROCK CLIMBING – kiri tal-faċilitajiet u tal-apparat għar-rock climbing;
• RESTAURANT AREA U TEA ROOMS – Dawn se jkunu suġġetti għall-permessi meħtieġa tal-MEPA. Filwaqt li l-operatur se jkun responsabbli għall-manutenzjoni tal-faċilitajiet tat-toilets, l-aċċess għalihom se jibqa’ bla ħlas;
• IŻ-ŻONA ĦDEJN IL-KAPPELLA – Din se tkun ristretta għall-attivitajiet okkażjonali u possibilment ikunu jistgħu jittellgħu tined (marquees) temporanji. Il-kumplament tal-aċċess se jibqa’ bla mittiefes bħal fil-każ tal-Park ta’ Ta’ Qali;
• FARM AREA (ANIMAL AREA) – Din se tkun opportunità għal min jitfa’ l-offerti tiegħu biex iżomm l-annimali tiegħu f’limiti li ma jxekklux l-aċċess viżiv preżenti. Se jkun hemm possibilità ta’ Pony Rides u kollox irid isir skont il-parametri tad-Dipartiment tal-Animal Welfare;
• PILLBOX SITE AMPHITHEATRE – Dawn iż-żoni jistgħu jinkrew għal produzzjonijiet lokali bil-Pillbox Site tintuża anki għal refreshments ħfief. L-aċċess għall-pubbliku ma jkunx ristrett iżda min jikri l-faċilitajiet għal xi okkażjoni jkun jista’ jbiegħ il-biljetti ‘seated’;
• AGRI CENTRE – Il-viżitaturi jidħlu bla ħlas, iżda min jieħu sehem f’xi avveniment ikun mistenni jħallas.
AĊĊESS ĦIELES U BLA ĦLAS GĦALL-PUBBLIKU:
Il-pubbliku se jibqa’ jkollu aċċess ħieles u bla ħlas għall dawn il-faċilitajiet :
PARKING
TOILET FACILITIES
GARDEN AREAS
MAZE AREAS
CASTLE AREA
OUTDOOR GYM
QUIET AREA
TODDLERS’ AREA
CHILDREN’S PLAY AREA (5-12-il Sena)
WATER FEATURE
PICNIC AREAS
ROCKY OUTCROP
PASSAĠĠI, BANKIJIET, EĊĊ
DOG PARK
Sadanittant, il-Gvern ma ħassx li kellu jilqa’ xi proposti ġodda li saru minħabba nuqqas ta’ dettalji kif ukoll minħabba problemi loġistiċi u ta’ sigurtà, speċjalment għal tfal żgħar.
Il-Gvern għażel li jibqa’ għaddej bil-proċess tal-ħruġ tal-offerti u ma jikkunsidrax proposta għal child care centre f’dan l-istadju, speċjalment billi min għamel is-suġġeriment ma pprovda ebda dettalji loġistiċi dwar is-sit għal din l-attività. Madankollu, il-proposta ma ġietx abbandunata għal kollox.
Proposta oħra għal faċilitajiet tal-logħob tal-POLO ġiet abbandunata minħabba s-sigurtà tat-tfal żgħar li jkunu qrib l-istalel fil-viċin.
Il-kirjiet se jsiru b’konsultazzjoni mal-GPD – Government Property Department - skont l-prattiċi tal-Estate Management tal-Gvern.
Il-proċess tal-offerti se jitmexxa mill-Ministeru b’ kollaborazzjoni mal-GPD u mal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej.
It-terminu tal-kirjiet se jvarja skont iż-żoni u l-areas individwali.
Huwa l-ħsieb tal-Gvern li d-dħul mill-kirjiet imur għand il-Marsascala Park Management sabiex ikopri parti mill-ispejjeż tal-manutenzjoni tal-Park stess.
Sadanittant, għalkemm il-faċilitajiet sportivi għall-Marsascala Football Club mhumiex se jiġu inklużi fis-sejħa għall-offerti, it-taħdidiet bejn il-Ministeru, il-klabb u s-Segretarjat Parlamentari għall-Isports u Żgħażagħ, biex dawn igawdu mill-faċilitajiet tal-Park tal-Familja, jinsabu fi stadju avvanzat u se jkomplu sakemm jiġi identifikat sit xieraq, flimkien mal-GPD, għall-ħtiġijiet tal-klabb li jkun konformi mal-Business Plan tal-Family Park. Dan, idealment, mingħajr ma jiġu mittiefsa l-Open Areas tal-Park.
Other Press Releases:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042