STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN
pr141879
25/08/2014
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jixtieq jgħarraf li l-ebda Malti ma ndarab fit-terremot li seħħ fit-tramuntana tal-Istat Amerikan ta’ California.
Wara kuntatti mal-Konslu Ġenerali Malti f’San Francisco California, Louis J.Vella, il-Ministeru huwa nfurmat li kawża tat-terremot b’saħħa ta’ 6.0 fuq l-iskala Richter, familja waħda Maltija sofriet ħsara strutturali fid-dar fejn toqgħod, iżda li b’xorti tajba ebda membru minn din il-familja ma sofra ġrieħi.
Immedjatament kif seħħ it-terremot, il-Konslu Ġenerali żamm kuntatt mal-familji Maltin biex jassistihom f’dak li seta’ jkun hemm bżonn.
Stqarrijiet Oħra:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042