Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN

pr141879
Date Icon 25/08/2014

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jixtieq jgħarraf li l-ebda Malti ma ndarab fit-terremot li seħħ fit-tramuntana tal-Istat Amerikan ta’ California.

Wara kuntatti mal-Konslu Ġenerali Malti f’San Francisco California, Louis J.Vella,  il-Ministeru huwa nfurmat li kawża tat-terremot b’saħħa ta’ 6.0 fuq l-iskala Richter, familja waħda Maltija sofriet ħsara strutturali fid-dar fejn toqgħod, iżda li b’xorti tajba ebda membru minn din il-familja ma sofra ġrieħi.

Immedjatament kif seħħ it-terremot, il-Konslu Ġenerali żamm kuntatt mal-familji Maltin biex jassistihom f’dak li seta’ jkun hemm bżonn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

More Press Releases Right arrow