TWISSIJA GĦAS-SAJF MID-DIRETTORAT GĦALL-PROMOZZJONI TAS-SAĦĦA U PREVENZJONI TAL-MARD
L-ogħla temperatura hija mistennija li tkompli tiżdied fil-ġranet li ġejjin. Id-Diviżjoni tas-Saħħa tixtieq tavża lill-pubbliku dwar l-importanza li wieħed jixrob iktar mis-soltu fix-xhur tas-sajf. It-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf ta’ ilma mill-ġisem li jista’ jirriżulta f’li wieħed jixxotta (dehydration). Is-sħana tista’ taffetwa lil kulħadd, speċjalment anzjani, trabi u tfal żgħar. Persuni li qed ibatu b’xi kundizzjoni kronika jew huma attivi ħafna, għandhom aktar ċans li jiġu affetwati.
Biex wieħed jevita dawn l-effetti, huwa importanti li:
· Jekk hu possibbli jevita li joħroġ barra bejn 11.00am u l-4.00pm.
· Joqgħod f’postijiet friski fid-dar jew il-post tax-xogħol.
· Jixrob regolarment u jiekol ikel frisk.
· F‘każ ta’ dubju jikkonsulta lit-tabib.
Stqarrijiet Oħra:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042