Left arrow Go Back

TWISSIJA GĦAS-SAJF MID-DIRETTORAT GĦALL-PROMOZZJONI TAS-SAĦĦA U PREVENZJONI TAL-MARD

pr141878mt
Date Icon 25/08/2014

L-ogħla temperatura hija mistennija li tkompli tiżdied fil-ġranet li ġejjin. Id-Diviżjoni tas-Saħħa tixtieq tavża lill-pubbliku dwar l-importanza li wieħed jixrob iktar mis-soltu fix-xhur tas-sajf.  It-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf ta’ ilma mill-ġisem li jista’ jirriżulta f’li wieħed jixxotta (dehydration).   Is-sħana tista’ taffetwa lil kulħadd, speċjalment anzjani, trabi u tfal żgħar. Persuni li qed ibatu b’xi kundizzjoni  kronika jew huma attivi ħafna, għandhom aktar ċans li jiġu affetwati.

Biex wieħed jevita dawn l-effetti, huwa importanti li:

·      Jekk hu possibbli jevita li joħroġ barra bejn 11.00am u l-4.00pm.

·      Joqgħod f’postijiet friski fid-dar jew il-post tax-xogħol.

·      Jixrob regolarment u jiekol ikel frisk.

·      F‘każ ta’ dubju jikkonsulta lit-tabib.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Qed naħdmu biex ikollna aktar riżorsi umani u l-aħħar teknoloġija biex intaffu l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni bil-Parkinson’s” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR262043

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

More Press Releases Right arrow