ILLUM QED TIĠI MFAKKRA L-EARTH OVERSHOOT DAY MADWAR ID-DINJA
Il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, illum qed ifakkar l-Earth Overshoot Day, li fiha d-dinja globalizzata turi l-pressjoni qawwija li ssir matul is-sena fuq ir-riżorsi ta' għadd ta' pajjiżi fil-kontinenti kollha.
Meta d-dinja taqbeż il-limiti tal-budget naturali tagħha tkun qiegħda tnaqqar minn ġewwa l-assi ekoloġiċi u ambjentali tagħha.
Huwa meqjus li llum 86% tal-popolazzjoni dinjija għandha ħtiġijiet min-natura aktar milli l-ekosistemi tagħha kapaċi jiġġeneraw u joħolqu.
B'hekk qed jinħoloq il-kunċett tal-hekk imsejħa Ecological Debtor Countries, fejn għadd ta’ pajjiżi jkollhom jew iżarmaw ir-riżorsi tagħhom jew inkella jduru għar-riżorsi ta' pajjiżi oħra.
Din il-problema tista’ tiġi indirizzata effettivament biss kemm-il darba dawn l-assi naturali jiġu meqjusa u trattati bħala parti mill-ġid naturali li għandu jiġi mħares matul is-sena kollha.
Fil-prattika l-Earth Overshoot Day mhi xejn ħlief Ecological Debt Day fejn l-umanità tidħol f'fażi ta' deficit spending (tkabbir ta’ deficit) magħha nnifisha fil-qasam ambjentali u ekoloġiku.
Din illum saret sfida għall-pajjiżi ta’ kull daqs u fażi ta’ żvilupp ekonomiku.
Dmirna huwa li lkoll nindirizzaw din l-isfida.
Other Press Releases:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042