LAQGĦA TA’ KONSULTAZZJONI MAL-FAMILJARI – STANDARDS MINIMI NAZZJONALI GĦAD-DJAR TAL-ANZJANI
pr141854
18/08/2014
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva se jkun qiegħed jorganizza laqgħa ta’ konsultazzjoni oħra fuq nota differenti, bħala parti mis-serje ta’ konsultazzjonijiet li qegħdin isiru fid-djar tal-anzjani madwar Malta u Għawdex.
Din se tkun laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-familjari tar-residenti fid-djar tal-Anzjani madwar Malta u Għawdex. L-iskop ta’ din il-laqgħa hu biex jittieħdu iżjed kummenti u ideat fuq l-istandards li s-Segretarjat Parlamentari qiegħed jibni bl-iskop li l-anzjani f’residenzi jkollhom kura ta’ kwalità aħjar.
Din il-laqgħa se sseħħ fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum ta’ Bormla, nhar is-26 ta’ Awwissu 2014 fid-9.00am.
Other Press Releases:
PR262043
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR262042