Left arrow Mur Lura

STEDINA LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ MALTIN U GĦAWDXIN BIEX IKUNU L-AMBAXXATURI TAL-AMBJENT ĠO PAJJIŻNA

pr141186
Date Icon 28/05/2014

Dan qalu l-Ministru Leo Brincat meta kien qed jindirizza u jqassam il-premijiet lil dawk l-istudenti li ħarġu bl-aktar ideat innovattivi favur l-ambjent meta wieġbu għas-sejħa tal-Ministeru tal-Ambjent taħt l-inizjattiva  Leħen l-Istudent... Għax Madwari Jimpurtanti!

Il-Ministru Brincat saħaq li l-fatt li studenti żgħażagħ, għalliema, esperti tal-ambjent u t-tibdil tal-klima u mużiċisti ta' fama bħal Tribali ltaqgħu flimkien, juri li l-għan ewlieni hu li, mhux biss nitkellmu fuq l-ambjent, iżda li niċċelebraw flimkien l-ambjent u l-ħarsien tiegħu.

Il-Ministru Brincat tenna li flimkien nistgħu nbiddlu u nagħmlu d-differenza. Okkażjoni bħal din hi importanti ħafna għaliex qed jingħata l-opportunità li jisma’ lill-protagonisti li huma l-istudenti, u jixtarr l-ideat tagħhom.

Bħala studenti żgħażagħ, il-Ministru appella li jistgħu jgħinu lil Gvern bl-ideat u s-suġġerimenti tagħhom biex l-ambjent ta' madwarna jkun aħjar.

Għaldaqstant il-Ministru Brincat għamel stedina lill-istudenti jkunu l-ambaxxaturi tal-Ambjent għal pajjiżna.

Tenna li din hija okkażjoni li ser toffri opportunitajiet ġodda għall-ideat ġodda u innovattivi f’dan il-qasam. Ħeġġeġ lil dawk kollha preżenti biex ma jiddejqux issemgħu leħinhom. Anke meta mhux bilfors wieħed ma jaqbilx ma’ dak li jkun qed isir.

Il-Ministru saħaq li l-istudenti taw xhieda tal-kapaċitajiet u l-ħiliet tagħhom bil-proposti li ressqu l-istess studenti u għalkemm mhux il-proġetti kollha setgħu jingħataw premju, wiegħed li dawk il-proposti li huma validi ser jiġu kkunsidrati.

Ħabbar li wara li r-rispons ta’ parteċipazzjoni kien qawwi minn diversi skejjel saħaq li bħala Ministeru dan l-avveniment ser jibda jiġi organizzat kull sena bis-sehem sħiħ tal-iskejjel kollha sekondarji ta’ pajjiżna.

Il-Ministru Leo Brincat ikkonkluda billi qal li jemmen fil-kapaċità tal-istudenti żgħażagħ għax huma ċ-ċavetta għall-ħarsien tal-ambjent f’pajjiżna biex ikunu ta’ garanzija tajba u ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar. Dan nistgħu nagħmluh biss billi nkabbru l-għarfien dwar l-ambjent u nifirxu dak li nafu u li tgħallimna, lil ħaddieħor li forsi sal-lum għadu biered jew ftit li xejn jimpurtah dwar dan kollu.

Appella biex kulħadd iħabbel rasu dwar x’jista’ jsir biex flimkien ikollna l-ambjent ta’ madwarna aħjar... għax madwarna jimpurtana!

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius tkellem dwar l-importanza li l-istudenti joħorġu b’ideat innovattivi. Saħaq li t-tema li tieħu ħsieb l-ambjent, tista’ tittieħed minn diversi angoli, u l-innovazzjoni biex issolvi problemi relatati mal-ambjent hija l-aktar parti li tinterressaħ, fid-dawl tal-fatt li s-segretarjat immexxi minnu qed jaħdem qatiegħ għal dan il-għan. Fakkar li l-istudent m’għandu qatt jaqta’ qalbu jew jibża li jiżbalja. Saħaq li l-iżball huwa parti mill-proċess ta’ ideat innovattivi.

Chris Agius faħħar lill-istudenti kollha li ħadu sehem f’din l-inizjattiva u jispera li bosta aktar studenti jieħdu sehem f’attivitajiet simili.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

Aktar Stqarrijiet Right arrow