IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CHRIS AGIUS JINAWGURA L-INSPIRE KINDER SWIMATHON
It-tnejn wara nofs in-nhar, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius inawgura l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Inspire Kinder Swimathon. Din hija maratona fuq sitt ijiem organizzata mill-Fondazzjoni għall-inklużjoni l-Inspire. L-għan ewlieni ta’ din il-maratona ta’ għawm huwa li jinġabru fondi li ser ikunu qed jikkontribwixxu direttament għall-ħajjiet tal-benefiċjarji ta’ Inspire; li jikkonsistu f’elf persuna b’diżabilità li jiddependu fuq Inspire biex jiżviluppaw il-potenzjal kollu tagħhom.
Waqt it-tnedija uffiċjali l-Onorevoli Agius tkellem dwar l-importanza t’inizjattivi ta’ din ix-xorta li jkomplu jgħinu lill-Fondazzjoni Inspire tilħaq aktar miri. Huwa kompla jisħaq kemm il-Gvern qed
jagħti importanza lill-isport tal-għawm għaliex jemmen li fi gżira bħal tagħna dan l-isport jista’ jġib aktar suċċessi lejn Malta.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Inspire, Nathan Farruġia ħeġġeġ aktar Maltin biex jingħaqdu f’din l-inizjattiva. Saħaq li l-maratona hija miftuħa għal kulħadd, mhux biss għawwiema veterani.
B’din il-maratona, Inspire qed jilħqu għan doppju, dak li jippromwovu l-għajxien san fost il-komunità lokali permezz ta’ attivitajiet sportivi.
Il-pubbliku jista’ jieħu sehem f’din il-maratona jew fuq bażi individwali jew inkella flimkien ma’ tim. Il-parteċipanti jistgħu jgħumu tulijiet tal-pixxina b’mod individwali jew ma’ ħbieb, fejn jagħmlu ammont ta’ laps li jixtiequ huma fil-ħin li jixtiequ, filwaqt li jgawdu d-divertiment u jgħinu biex jinġabru fondi għall-Inspire. Fl-istess ħin timijiet oħra jistgħu jingħaqdu fi gruppi ta’ 12-il
għawwiem jew anqas, li jgħumu kontra xulxin biex ikopru l-akbar distanza possibbli fi kwalunkwe pixxina.
L-Inspire Kinder Swimathon bdiet it-Tnejn 26 ta’ Mejju fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari Agius, il-kap Eżekuttiv Nathan Farrugia u rappreżentanti mit-tim nazzjonali tal-Waterpolo, u tintemm is-Sibt 31 ta’ Mejju. Il-parteċipanti jistgħu jagħżlu li jgħumu fl-Indoor Pool tal-Inspire f’Wied il-Għajn, il-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq u l-Pixxina tal-MFA f’Ta' Qali.
Other Press Releases:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040