IL-MINISTRU HELENA DALLI TENFASIZZA L-BZONN LI L-PROCESS TA’ KONSULTAZZJONI FI HDAN L-MCESD IKOMPLI JISSAHHAH BILLI L-IMSIEHBA SOCJALI JKUNU AKTAR PROATTIVI
Il-Ministru tal-Finanzi jghid li l-Gvern qed jipprogetta li d-deficit ghal din is-sena jinzamm fil-livell ta’ 2.1%
Fil-ftuh ta’ laqgha tal-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali (MCESD) imsejha mill-Assocjazzjoni tal-Lukandi u Ristoranti dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-pajjiz u dik tal-impjiegi, il-Ministru ghad-Djalogu Socjali, Affarijijet tal-Konsumatur u Libertajiet Civili Helena Dalli semmiet il-bzonn li l-process ta’ konsultazzjoni u diskussjoni fi hdan l-MCESD ikompli jissahhah.
Hija fahhret il-fatt li l-imsiehba socjali qed ikunu proattivi u jressqu ghad-diskussjoni materji ta’ importanza. Dan juri li dan il-kunsill huwa wiehed haj qalet il-Ministru Dalli.
F’introduzzjoni li ghamel, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna semma l-importanza li jkunu indirizzati materji importanti li jaffetwaw l-ekonomija tal-pajjiz fosthom il-kompetittività.
Semma kif diversi pajjizi li ghaddew minn diffikultajiet finanzjarji kbar se jkunu qed johorgu minnhom b’sahhithom wara li ghamlu efficjenzi kbar. Dan se jkun qed ibiddel ix-xenarju finanzjarju ghal Malta sostna l-Ministru Scicluna filwaqt li sahaq fuq il-bzonn li pajjizna jkun ippreparat.
Dwar il-kompetittività, il-Ministru Edward Scicluna wera x-xewqa li l-ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika jibda jipproduci indikaturi dwar dan is-suggett u jaghtiha prijorità.
Huwa semma wkoll il-htiega li l-MCESD jissahha billi fost l-ohrajn ikollu nies kompetenti li jaghmlu xoghol ghall-imsiehba socjali.
Intant, fi prezentazzjoni li ta dwar progettazzjoni ekonomika, il-Ministru tal-Finanzi semma kif matul l-2014, il-Gvern qed jipprogetta inflazzjoni taht it-2%. Fl-istess hin id-deficit huwa progettat li jinzamm taht it-2.1% bi tnaqqis fl-ispiza tal-Gvern b’40 miljun ewro. Id-dejn matul din is-sena huwa stmat li jkun ta’ 69% tal-prodott gross domestiku.
Dwar il-qasam tal-impjiegi, il-Ministru tal-Finanzi semm’ kif matul din is-sena ir-rata tat-tkabbir mistennija tkun ta’ 2.1%. Fl-istess waqt qal li r-rata tal-qghad mhix qed titqies bhala wahda tat-thassib u mistennija tinzamm fil-livell ta’ 6.5%
Other Press Releases:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040