Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA IŻŻUR IĊ-ĊENTRU TA’ MATUL IL-JUM TA’ ĦAL KIRKOP

pr141171
Date Icon 26/05/2014

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana, illum żaret iċ-ċentru ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani għall-Attività ta’ Jum l-Ommijiet u il-Missirijiet.

Waqt din l-attività s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana tkellmet fuq l-importanza li l-Anzjani jżommu ruħhom kemm jista’ jkun attivi fil-komunità, u dwar l-importanza li huma jkunu kuntenti fil-lokal fejn jgħixu stess.

F’din l-attività, Justyne Caruana kellha l-opportunità tiltaqa’ ma’ diversi anzjani tal-lokal u li kienu qegħdin jieħdu sehem f’din l-attività. Hija inkoraġġiethom ikomplu jżommu ruħhom attivi u jkomplu jimlew il-ħajja b’attivitajiet diversi bħal dawn.

Is-Segretarju Parlamentari ġiet ippreżentata b’affarijiet magħmulin mill-anzjani stess, fosthom soft toys magħmulin bl-idejn u fjuri magħmulin bil-ganutell.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow