Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TNIEDI KARTA TAD-DRITTIJIET U OBBLIGI GĦAR-RESIDENTI FID-DJAR TAL-ANZJANI

PR141170
Date Icon 26/05/2014

Waqt konferenza tal-aħbarijiet illum, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana nediet Karta tad-Drittijiet u Obbligi għall-Persuni fid-Djar tal-Anzjani.

Is-Segretarju Parlamentari qalet li is-Segretarjat Parlamentari huwa kommess li jagħmel l-għalmu kollhu tiegħu biex jgħin lill-anzjani jgħixu ħajja aħjar, aktar pożittiva u aktar attiva. Qalet li l-isfida u l-mira tas-Segretarjat Parlamentari hi li jiġi sfruttat il-potenzjal enormi li għandhom dawk il-persuni f’età aktar avvanzata. Hija qalet li kull ġenerazzjoni għandha l-potenzjal tagħha u tista’ tagħti l-kontribut tagħha fis-soċjetà. Għalhekk, skond is-Segretarju Parlamentari, kull ġenerazzjoni għandu jkollha d-drittijiet tagħha rispettivi.

Żiedet tgħid li din il-karta ta' drittijiet u responsabbiltajiet hija bidu tajjeb. “Għalkemm it-triq hija twila u din il-karta waħedha mhix ser issolvi l-problemi, ċertament hija bażi tajba u hija ħolqa oħra fil-katina ta'  inizjattivi li qed jieħu l-gvern b'risq l-anzjani fosthom l-istandards dwar id-djar tal-anzjani li qegħdin f'fażi ta' konsultazzjoni, it-twaqqif tal-kumitati rappreżentattivi fid-djar tal-anzjani li dalwaqt ikollhom l-istatuti tagħhom, it-titjib strutturali li qed isir f'San Vinċenz u wkoll il-menu tal-ikel modifikat għall-bżonnijiet tar-residenti tar-Residenza San Vinċenz de Paul. Hemm ukoll sensiela ta' liġijiet li qegħdin jiġu miktuba kontra l-abbuż tal-anzjani, bl-ewwel liġi li ser tiġi ppublikata x-xahar id-dieħel.

"Din il-karta issa qiegħda hawn u nappella lil kulħadd biex dawn id-drittijiet u obbligi ma jibqgħux fuq il-karti biss iżda jitwettqu biex verament intejbu l-kwalità  tal-ħajja tal-anzjani tagħna f'dan il-perijodu ta' ħajjithom, mimli sfidi li nistgħu nibdluhom f'opportunitajiet" temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana.

Waqt din il-konferenza tkellem ukoll l-Imħallef Philip Sciberras.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

Aktar Stqarrijiet Right arrow