IL-MINISTRU BRINCAT JILTAQA’ MA’ CATHERINE PEARCE, DIRETTUR TAL-WORLD FUTURE COUNCIL
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, Leo Brincat ħabbar li ser iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, l-ewwel rapport annwali dwar il-ħidma tal-Gvern fil-qasam tal-Iżvilupp Sostenibbli minn meta l-liġi ġiet approvata mill-Parlament Malti fis-Sajf tas-sena 2012.
Il-Ministru Brincat qal dan waqt laqgħa li kellu ma’ Catherine Pearce, Direttur tal-Future Justice Department tal-World Future Council li xogħlu huwa li jfittex politika għat-tul sabiex jippromwovi livell ta' għixien sostenibbli ħalli jkun jista’ jħares id-drittijiet tal-ġenerazzjonijiet futuri f'dinja b'saħħitha. Dan b'mod partikulari quddiem l-isfidi tal-kriżijiet globali tal-aħħar snin.
Filwaqt li faħħar l-impenn tal-organizzazzjoni sabiex toħloq u tippromwovi regoli u qafas ta' governanza globali, huwa qal li meta nitkellmu dwar żvilupp sostenibbli huwa meħtieġ li nħarsu lejn l-erba’ dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli skont l-istess definizzjoni tal-Ġnus Magħquda. Dik ekonomika, ambjentali, soċjali u anki kulturali.
Huwa qal li dak li ppriedkat l-ex Prim Ministru Laburista Norveġiża Gro Bruntland Harlem dwar l-Iżvilupp Sostenibbli permezz tal-Kummissjoni Bruntland, għadu validu sal-lum.
Catherine Pearce kienet għal xi żmien Senior Policy Officer dwar it-Tibdil tal-Klima u l-Politika Ambjentali fi ħdan l-European Environmental Bureau u anki ħadmet fuq Klima u Enerġija fi ħdan ic-C40 Large Cities Climate Leadership Group dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet f'għadd ta' bliet kbar madwar id-dinja.
Hija kienet ikkordinat ukoll il-kampanja dwar it-tibdil tal-klima għall-FRIENDS OF THE EARTH INTERNATIONAL, madwar 71 pajjiż.
Il-Ministru Brincat fissrilha l-ħidma tal-Gvern biex Malta tkun fost il-ftit pajjiżi fl-UE li jkollhom leġiżlazzjoni dwar tibdil tal-klima, miżura li tħabbret fil-Budget 2014.
Stqarrijiet Oħra:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040