IL-MINISTRU DR.GEORGE VELLA IŻUR IL-BAHRAIN
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr.George W.Vella kellu laqgħat fil-Bahrain hekk kif għaddej b’ħidma diplomatika f’pajjiżi tal-Golf Għarbi. Fil-Bahrain, il-Ministru Vella ltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Sheik Khalid Al Khalifa, kif ukoll mal-Prim Ministru tal-pajjiż, l-Altezza Tiegħu l-Prinċep Khalifa Bin Salman al Khalifa.
F’Manama l-Bahrain, id-dikussjonijiet iffukaw fuq it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Bahrain, fosthom fl-oqsma politiċi, kummerċjali u soċjali. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Bahrain esprima l-apprezzament tiegħu għaż-żjara tal-Ministru Vella li se tkompli twitti t-triq għall-futur fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali. Il-Ministru Al Khalifa wera interess li pajjiżu jaħdem qrib ma’ Malta, anki fl-irwol li tgawdi Malta mal-pajjiżi ġirien tagħha.
Il-Ministru Vella ltaqa’ wkoll mal-Prim Ministru tal-Bahrain li min-naħa tiegħu semma’ l-importanza għall-irwol li għandha Malta li tqarreb il-pajjiżi tal-Golf mal-Unjoni Ewropea u mal-pajjiżi tal-Mediterran.
Din il-ġimgħa, il-Ministru Vella se jissokta bil-ħidma diplomatika tiegħu fil-Golf bi żjarat fl-Emirati Għarab Magħquda, Oman u l-Qatar.
Stqarrijiet Oħra:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040