“L-GĦOŻŻA GĦALL-AMBJENT U L-WIRT NATURALI JĠIB FLIMKIEN LIL MIN HUWA FQIR U SINJUR”- IL-MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENNIBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA, LEO BRINCAT
L-għożża għall-ambjent u l-wirt naturali jġibu flimkien lil min huwa fqir u sinjur. Dan qalu l-Ministru Leo Brincat meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet u s-suġġerimenti li saru minn numru sabiħ ta’ studenti li kienu qed jieħdu sehem fl-inizjattiva ‘Walk the Talk’ organizzata minn Dinja Waħda, id-driegħ edukattiva tal-Birdlife, ġewwa l-Iskola Primarja tas-Siġġiewi, fil-Kulleġġ ta’ Sant’Injazju.
Il-Ministru Brincat qal li għalkemm ħafna jaħsbu li l-għożża dwar l-ambjent hija xi kapriċċ ta’ min huwa sinjur u għandu wisq anqas problemi fuq moħħu, dawn l-aħħar studji li saru urew li ma tagħmilx differenza dwar kemm jaqilgħu flus missierek u ommok, jew jekk tgħix ġo villa, maisonette, flat u jew terran. Dan l-aħħar ħareġ biċ-ċar li dawk li jgħixu f’pajjiżi foqra kultant jagħtu kas lill-ambjent saħansitra aktar minn dawk li jgħixu f’pajjiżi sinjuri.
Il-Ministru Leo Brincat saħaq li nkunu wasalna bħala pajjiż meta malli nagħmlu ħsara lill-ambjent, tibda aktar tniggiżna l-kuxjenza.
Il-Ministru Brincat tenna li huwa għandu fiduċja fl-istudenti kollha speċjalment tal-livell primarju, għax fis-snin li ġejjin ser ikunu fuq quddiem nett biex jgħinu lill-pajjiż ibiddel fehmtu dwar dan kollu kif ukoll bil-mod kif wieħed jaħseb u jġib ruħu.
Il-Ministru qal li għal dan il-għan ser ikunu qed iħabbru skema immirata għat-tfal tal-iskejjel primarji, li tkompli tkabbar l-għozza għall-ambjent u għall-ħarsien tiegħu. Din il-gimgħa ser jkunu bdew bl-istudenti tal-iskejjel sekondarji madwar Malta.
Il-Ministru Brincat temm jgħid li fil-ġejjieni ser jitfgħu ħarsitom aktar minn qatt qabel fuq it-tfal li jattendu l-iskejjel primarja, dan għax jemmen fihom u għax għandu fiduċja sħiħa fihom.
Matul din l-attività l-istudenti ippreżentaw għadd ta’ posters dwar problemi ambjentali li xtaqu jiddiskutu mal-Ministru Brincat; mill-ħarsien tal-baħar, il-kampanja, il-protezzjoni tal-wildlife, it-tnaqqis tat tniġġiż u l-immaniġġjar tal-iskart. Il-Ministru Brincat wieġeb għal kull tema ta’ kull poster differenti li ġew ippreżentati mit-tfal.
Il-Ministru Brincat innifsu ġie mistieden biex jagħżel l-aktar poster effettiv, filwaqt li l-Ministeru sponsorja il-poster rebbieħ li ser jitqassam fl-iskejjel kollha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040