STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
pr141158
24/05/2014
IS-SULDATI MALTIN LI JINSABU FUQ MISSJONI KONTRA L-PIRATERIJA JINSABU SIKURI WARA ATTAKK FI TRIQITHOM LEJN S-SOMALJA
Suldati Maltin li huma fi triqithom lejn il-kosta tas-Somalja abbord HNLMS De Seven Provincien fuq missjoni kontra l-Piraterija u li bħalissa waslu Djibouti, jinsabu abbord qawwijin u sħaħ wara li kien hemm attakk fuq l-art permezz ta’ xi grenades f’ ristorant fejn kienu.
Dettalji dwar l-attakk għadhom mhux konfermati iżda s-suldati Maltin jinsabu kollha miġbura abbord bla problemi.
L-attakk seħħ f'ristorant fejn is-suldati Maltin kienu qed jieklu flimkien ma' suldati Olandizi.
Il-Gvern Malti qiegħed f’kuntatt kontinwu mal-21 suldat Malti biex jiżgura s-sigurtà tagħhom. Bħalissa s-suldati kollha Maltin jinsabu sikuri abbord il-vapuri tal-Forza Olandiza li magħhom jinsabu assenjati.
Stqarrijiet Oħra:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040