Left arrow Go Back

​STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr141158
Date Icon 24/05/2014

IS-SULDATI MALTIN LI  JINSABU FUQ MISSJONI KONTRA L-PIRATERIJA JINSABU SIKURI WARA ATTAKK FI TRIQITHOM LEJN S-SOMALJA

Suldati Maltin li huma fi triqithom lejn il-kosta tas-Somalja abbord HNLMS De Seven Provincien fuq missjoni kontra l-Piraterija u li bħalissa waslu Djibouti,  jinsabu abbord qawwijin u sħaħ wara li kien hemm attakk fuq l-art permezz ta’ xi grenades f’ ristorant fejn kienu.

Dettalji dwar l-attakk għadhom mhux konfermati iżda s-suldati Maltin jinsabu kollha miġbura abbord bla problemi.

L-attakk seħħ f'ristorant fejn is-suldati Maltin kienu qed jieklu flimkien ma' suldati Olandizi.

Il-Gvern Malti qiegħed f’kuntatt kontinwu mal-21 suldat Malti biex jiżgura s-sigurtà tagħhom. Bħalissa s-suldati kollha Maltin jinsabu sikuri abbord il-vapuri tal-Forza Olandiza li magħhom jinsabu assenjati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow