IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TILQA’ KLIJENTI TAĊ-ĊENTRU TA’ MATUL IL-JUM GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ LI ĦADMU GĦAMARA GĦALL-UFFIĊINI
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana illum laqgħet klijenti tac-Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b'Diżabiltà ta' Marsaskala li ħadmu għamara għall-uffiċini tas-Segretarjat.
Justyne Caruana qalet li din il-preżentazzjoni hija parti mix-xogħol tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva li għandu jkompli bir-ritmu li qabad fil-promozzjoni tal-Abbiltajiet tal-Persuni b’Diżabilità u ix-xogħol tagħhom fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum. Fl-istess waqt l-attività ta’ dalgħodu għandha sservi biex ninkoragixxu iktar parteċipazzjoni tal-persuni b'dizabiltà fid-dinja tax-xogħol għaliex għandhom ħafna x'joffru u għalhekk ir-rilevanza ta' dawn il-persuni anke fil-kuntest tal-potenzjal ta' tkabbir ekonomiku.
Is-Segretarju Parlamentari inkoraġġixxiet lill-pubbliku jattendi għall-ispettaklu tal-lejla intitolat “Talent Unmasked”, organizzat mill-Aġenzija Sapport.
Stqarrijiet Oħra:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040