IL-MARATONA TA’ PUTTINU CARES FOUNDATION BEJN IS-6 U T-8 TA’ ĠUNJU
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret illum ingħata l-aħħar tagħrif dwar l-10 edizzjoni tal-Maratona Puttinu Cares. Dettalji ingħataw mill-President ta’ Puttinu Cares Foundation Dr. Victor Calvagna, li spjega il-proġett li daħlet għalih l-għaqda f’Sutton fejn ġew akkwistati 12-il flat viċin Royal Marsden Hospital. Hu maħsub li jekk il-Maltin jikkonkorru bħalma dejjem għamlu u jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom fi 3 snin Puttinu Cares tkun fdiet id-dejn kollu li għamlet biex dan il-proġett iseħħ.
Iċ-Ċermen tal-Kunsill Malti għall-iSport , Luciano Busittil qal li Puttinu jagħti tama lil kull min jiġi milqut mill-marda kiefra tal-kanċer. Huwa tenna li din hija okkażjoni speċjali fejn għal sena oħra l-KMS qed jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu bħala ‘main sponsor’ ta’ din l-attività. Huwa ħeġġeġ biex ilkoll ningħaqdu u nattendu għal dawn it-tlett ijiem ta’ maratona biex filwaqt li nkunu qegħdin nissaportjaw dan il-għan nobbli, nieħdu sehem attiv billi nipparteċipaw bis-sħiħ fl-isports li jkun għaddej fil-grounds kollha.
Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport qal li sa mill-ewwel edizzjoni ta’ kontribut għal din il-maratona billi anke għen fl-organizzazzjoni tal-logħba bejn il-membri parlamentari u wiegħed is-sostenn tiegħu u tal-gvern f’din l-attività. F’isem il-gvern faħħar l-inizzjattivi kollha li jiġu organizzati mill-għaqdiet bħal Puttinu Cares Foundation li dejjem jkunu qed jagħtu sostenn lis-socjeta’
Preżenti għal din il-konferenza kien hemm wkoll l-kelliem għall-oppożizzjoni għall-Isport Robert Cutajar. Il-Maratona ta’ Puttinu Cares ser issir bejn il-Ġimgħa 6 u l-Ħadd 8 ta’ Ġunju fil-Marsa Sports Grounds.
Other Press Releases:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040