ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN TA’ MALTA
L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta’ €100,000,000 Stock tal-Gvern ta’ Malta suġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar b’massimu ta’ €80,000,000 kif ġej:-
(i) | 4.3% Stock tal-Gvern ta' Malta 2033 (I), u |
(ii) | Stock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (VII) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur + 90 basis points (bps), jew |
(iv) | f’ammonti miż-żewġ Stocks b’valur nominali flimkien ta’ Ewro100,000,000. |
L-applikazzjonijiet jiftħu it-Tnejn it-2 ta’ Ġunju, 2014 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General :
- fil-5.00 p.m. tal-Erbgħa l-4 ta’ Ġunju, 2014 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux Euro100,000 kull persuna, u
- f’nofsinhar tat-Tnejn id-9ta’ Ġunju, 2014 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant.
Il-prezz tal-iStock b’Rata ta’ Mgħax Fissa imsemmi f’(i), li qiegħed jiġi offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku għandu jiġi stabbilit nhar il-Ħamis id-29 ta’ Mejju, 2014. Il-prezz tal-istock jiġi mħabbar lill-Borża ta’ Malta u ppubblikat fil-ġurnali ta’ kuljum u permezz ta’ Press Release maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).
L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.
Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor mill-Ġimgħa t-30 ta’ Mejju, 2014.
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospett li jista’ jitniżżel minn fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt) mill-Ġimgħa t-23 ta’ Mejju 2014.
Other Press Releases:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040