Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DR. GEORGE W. VELLA JINDIRIZZA D-DJALOGU 5+5 F’LISBONA, IL-PORTUGALL

pr141145
Date Icon 22/05/2014

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr. George W. Vella, illum inidirizza l-laqgħa Ministerjali tal-Western Mediteranean Co-operation, magħrufa bħala l-5+5 f'Lisbona l-Portugall. Is-suġġetti diskussi kienu s-sigurtá fil-Punent tal-Mediterran, l-iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-Ambjent u l- Enerġija, u l-effetti li jħalli t-tibdil fil-klima.

Il-Ministri għall-Affarijiet Barranin kollha qablu li jkomplu jikkonsolidaw u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fl-ambitu tal 5+5.

Il-Ministru Vella saħaq li għandu jkun hemm ko-operazzjoni akbar bejn il-pajjiżi tat-Tramuntana u dawk tan-Nofsinhar tal-Ewropa fuq diversi oqsma li jinkludu ż-żgħażagħ, ix-xogħol, u l-opportunitajiet kummerċjali.

Id-diskussjonijiet matul il-laqgħa iffokaw l-aktar dwar is-sitwazzjoni fil-Libja u kien hemm bosta interventi u suġġerimenti ta' kif  tista' tiġi mtejba l-qagħda preżenti. Dan wara intervent dettaljat mill-Ministru għall-Affarijiet Barraanin Libjan Muhammed Abdelazziz.

Il-Ministru Vella spjega kif Malta qiegħda tgħin b'mod konkret lil-Libja permezz ta’ diversi proġetti edukattivi, inizjattivi ta' capacity building, u skambji ta' technical expertise. 

L-imigrazzjoni rregolari wkoll ġiet diskussa waqt il-laqħha, u kien hemm qbil li dan is-suġġett għandu jiġi diskuss b'mod aktar intensiv. Il-Ministru Vella saħaq li wieħed għandu  jeżamina din is-sitwazzjoni mhux biss mil-lat umanitarju iżda wkoll  minn angolu ta' sigurtà.  Għal dan il-għan il-pajjiżi li jiffurmaw il-5+5 qablu li għandu jkun hemm azzjoni globali li tinvolvi atturi reġjonali,  Ewropej u Internazzjonali. Il-membri laqgħu b'sodisfazzjon l-inizzjattiva Maltija li tospita t-tmien laqgħa dwar l-immigrazzjoni, li se ssir f’Malta qabel l-aħħar ta’ din is-sena. Il-pajjiżi membri laqgħu wkoll b'sodisfazzjon, it-twaqqif tal-Institute for Justice and the Rule of Law f’Malta f'Ġunju tal-2014. 

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr. George W. Vella  temm l-intervent tiegħu billi saħaq l-importanza li ċentri bħal dawn jista' jkollhom fir-Reġjun tagħna.  Fil-konferenza ġie deċiż li tinżamm laqgħa mil-Libja ma’ dawk li ssejħu "mibgħuta speċjali" ta’ pajjiżi interessati dwar il-problema  tal-Libja, fit-Tuneżija fil-bidu tax-xahar id-dieħel.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

Aktar Stqarrijiet Right arrow