IL-BRAM HUMA PARTI MILL-BIODIVERSITA' TAGĦNA U GĦANDHOM IRWOL IMPORTANTI FL-EKOSISTEMI TAGĦNA
-Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brinat
Meta kien qed jiftaħ il-Konferenza dwar il-Monitoraġġ u l-Immaniġġjar tal-Bram bħala parti mit-trattament tat-tniġġiż mill-bram u l-biodiversita' marittima, il-Ministru Leo Brincat qal li għalkemm ħafna jassoċjaw il-bram mal-iskumdita' u l-weġgħat li jikkawżaw, dawn huma parti mill-biodiversità u għandhom irwol importanti fl-eko-sistemi tagħna.
Filwaqt li huma jikkunsmaw priża oħrajn huma jservu ta' ikel għal speċi importanti bħal frieken tal-baħar.
Il-Ministru Brincat qal li jekk wieħed jieħu il-‘leatherback turtles’ li kapaċi jikbru sa 800kg, dawn jgħixu esklużivament fuq il-bram.
Dan jispjega x-xogħol li qed isir mill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima id f'id mal-MEPA għall-konservazzjoni tal-frieken tal-baħar u speċi oħra permezz tar-riċerka li tinsab għaddejja bħala parti mill-LIFE Migrate Project.
Il-Ministru tenna li l-bram u l-hekk imsejħa ‘jellyfish blooms’ għalkemm meqjusa bħala fenomenu ġdid, fil-fatt ilhom preżenti fl-ibħra tagħna f'nofs il-Mediterran għal żmien twil.
Bħalissa jinsab xogħol għaddej biex jiġu stabbiliti miri ġodda li jżommu jew ifittxu li jiksbu stat ekoloġiku tajjeb fl-ibħra tagħna.
Il-Ministru Brincat temm billi jgħid li huma jemnu fir-riċerka marittima u l-istudji għat-tul speċjalment meta dawn ikunu mgħejuna minn fondi Ewropej għax joffru opportunitajiet aħjar biex nindirizzaw sfidi ġodda tal-eko-sistemi tagħna.
Other Press Releases:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040
pr141138a.pdf