AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni għall-Parlament Ewropew u għall-Kumitati Amministrattivi tal-Komunitajiet - 2014
Trasport għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali s-Sibt, 24 ta’ Mejju, 2014
Il-Kummissjoni Elettorali tħabbar illi, bil-għan biex tiffaċilita’ t-trasport tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali sabiex jaslu fil-post tal-votazzjoni assenjati lilhom fis-6.00 am nhar jum il-votazzjoni, is-Sibt, l-24 ta’ Mejju, 2014, b’arranġament ma’ Transport Malta, it-trasport pubbliku ser jitħaddem aktar kmieni mis-soltu f’dak il-jum.
Ir-rotot kollha 1, 2, 3, 12, 21, 22, 24, 31, 32, 33, 36, 38, 41, 42, 44, 45, 51, 52, 53, 54, 55, 61, 62, 63, 71, 72, 73, 82, 83, 84, 85, 91, 92, 93, 94, 122 u X5, ser jitilqu mill-outsations fil-5.00 am. L-istess rotot jitilqu mill-Belt Valletta fil-5.30 am. Għal dan it-trasport ma jintalabx ħlas sakemm il-persuna turi t-Tag tal-Identita’ maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali.
Wara li jsir id-depositu tal-kaxex tal-voti u materjal ieħor tal-elezzjoni fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, wara l-10.00 pm, l-Assistenti Kummissjonarji Elettorali jkollhom trasport provdut (ukoll mingħajr ħlas) permezz ta’ minibuses lejn il-lokalitajiet kollha ta’ Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040