Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U S-SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA, L-AVUKAT MICHAEL FALZON, FIĊ-ĊERIMONJA TAL-GĦOTI TAĊ-ĊWIEVET TAĊ-ĊENTRU LILL-GRUPP TAL-ISCOUTS TA’ SAN ĠWANN

pr141130
Date Icon 22/05/2014

Is-Segretarju Parlamentari, l-Avukat Michael Falzon, attenda għaċ-ċerimonja tal-għoti taċ-ċwievet taċ-Ċentru l-ġdid lill-Grupp tal-Iscouts f’San Gwann. 

Il-Grupp tal-Iscouts laqgħu lis-Segretarju Parlamentari b’ċerimonja mill-Iscouts stess, u kellhom kliem ta’ tifħir għall-inizjattiva li ħa s-Segretarju Parlamentari biex għaddielhom dan iċ-Ċentru, minħabba l-fatt li huma s’issa ma kellhomx post adegwat fejn ikunu jistgħu jagħmlu l-laqgħat tagħhom. 

Minn naħa tiegħu l-Avukat Michael Falzon, semma l-importanza kbira tal-volontarjat speċjalment fid- dinja tal-lum fejn l-importanza tal-valuri dejjem tikber. Huwa kompla billi faħħar il-ħidma li ssir biex dan il-Grupp jitmexxa, għax b’hekk it-tfal u ż-żgħazagħ li jattendu, ikollhom ambjent edukattiv u familjari, ‘l bogħod minn kull tfixkil li jistgħu jiltaqgħu miegħu f’ħajjithom. 

Huwa kkonkluda billi awgura li dan il-post jibqa’ jitgawda mit-tfal u żgħażagħ li jattendu , u li l-ambjent ta’ għaqda u edukazzjoni fi ħdan dan il-Grupp tkompli titkattar għas-snin li ġejjin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

Aktar Stqarrijiet Right arrow