IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TILTAQA’ MA’ ENTITAJIET LI JOPERAW F’OQSMA TAĦT IR-RESPONSABBILTÀ TAGĦHA
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Atttiva Justyne Caruana issuktat bil-laqgħat mal-għaqdiet u entitajiet Non-Governattivi li joperaw fl-oqsma li jaqgħu taħt ir-responsabiltà ta’ dan is-Segretarjat.
L-ewwel għaqda li s-Segretarju Parlamentari iltaqgħet magħha kienet is-Soċjetà Maltija għall-Persuni neqsin mid-Dawl, immexxija mis-Sur Frans Tirchett. Ġew diskussi diversi materji konnessi mal-problemi li jiltaqgħu magħhom persuni neqsin mid-dawl u is-Segretarju Parlamentari spjegat il-pjanijiet li għandu il-gvern fl-immedjat. Issemma wkoll is-servizz li ser jingħata fiċ-Ċentru tal-Persuni Neqsin mid-dawl, fejn ser jinfetaħ Ċentru ġdid bi sħubija mal-Privat. Dan ser ikun ċentru b’ambjent iżjed komdu u addattat. Il-Programm ta’ dan iċ-ċentru ser ikun varjat bl-inklużjoni ta’ prattiċi u attivitajiet moderni.
Laqgħa oħra kienet mal-Malta Epilepsy Association. L-Assoċjazzjoni għaddiet materjal informattiv lis-Segretarju Parlamentari u taw rendikont tal-ħidma li tagħmel din l-Assoċjazzjoni speċjalment fl-iskejjel ta’ pajjiżna. Is-Segretarju Parlamentari saħqet dwar il-ħtieġa ta’ ħidma biex nikkumbattu l-istigma kontra il-persuni li għandhom l-epilessija u dwar il-ħtieġa ta’ aktar għarfien fuq din il-kundizzjoni, mhux biss biex ikun hemm tisħieħ tal-inklużjoni imma wkoll biex persuni epilettiċi li ikunu f’diffikultà ikunu jistgħu jiġu mgħejuna b’mod immedjat u adegwat.
Stqarrijiet Oħra:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040