IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JOSÈ HERRERA JINDIRIZZA KONFERENZA MARITTIMA FI BREMEN FIL-ĠERMANJA
“Nemmen li tkabbir sostenibbli fil-qasam Marittimu hija s-soluzzjoni għall-aktar opportunitiajiet fil-qasam tal-impjiegi f’pajjiżna.” Dan qalu Josè Herrera, Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku waqt diskors li għamel fi Bremen il-Ġermanja matul il-konferenza Innovation driving Blue Growth.
“Hija r-responsabbilità tal-Gvern li jkompli jiżviluppa l-potenzjal enormi offruta minn din ir-riżorsa u li jiħloq l-ambjent ideali sabiex trawwem tkabbir ekonomiku. Is-settur marittimu jiġbor fih varjetà wiesgħa ta’ setturi differenti ekonomiċi u li jekk tingħata l-importanza meħtieġa tista’ toffri opportunitajiet numerużi ta’ xogħol marbuta mas-settur. Dan is-settur jikkontribwixxi 20,000 impjieg b’kontribuzzjoni ta’ aktar minn 11% mill-prodott gross domestiku. Huwa mistenni li dan is-settur jista’ jitla’ għall-14% tal-prodott gross domestiku jekk issir aktar enfażi fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-bijoteknoloġija. ”
“Huwa l-iskop ta’ dan il-Gvern li jtejjeb il-ġabra tal-prodott marittimu sabiex jipprovdi servizzi ġodda aktar integrati u mtejba. Ix-xogħol li qed taħdem fuqu Malta f’dan il-qasam sabiex pajjiżna isir hub marittimu jinkludi xogħol sabiex titrawwem innovazzjoni fl-inġinerija marittima, l-ICT u s-servizzi marittimi. Il-Gvern jirrikonoxxi l-importanza tas-settur marittimu kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq skala Ewropea. Għalhekk huwa importanti li jkun hemm qafas ta’ policies ċari u flessibbli għaliex b’hekk jista’ jinġieb investiment lokali u barrani f’dan il-qasam u jistabbilixxi niċeċ ġodda fis-settur.”
Il-konferenza Innovation driving Blue Growth hija s-seba’ edizzjoni tal-konferenza li tiġi organizzata fil-Jum Marittimu Ewropew. Din is-sena kien imiss lill-Bremen, il-Ġermanja li bejn id-19 u l-20 ta’ Mejju ospitat din il-konferenza. L-edizzjoni ta’ din is-sena iffukat fuq l-innovazzjoni u t-teknoloġija marittima. L-Ewropa qiegħda taħdem bi sħiħ fuq is-settur marittimu magħruf bħala Blue Economy.
Is-Segretarju Parlamentari kien wieħed minn erba’ kelliema ewlenin li indirizzaw din il-konferenza. Fost dawn il-kelliema kien hemm is-sinjura Maria Damanaki, il-Kummissarju Ewropew għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi. Il-programm tal-konferenza kien jikkonsisti wkoll f’diskussjonijiet bejn politiċi, esperti, CEOs u rappresentanti mis-soċjeta ċivili li qasmu l-ideat u l-esperjenza tagħhom lill-policy-makers Ewropej.
Fl-20 ta’ Mejju ta’ kull sena tiġi ċċelebrata il-Jum Marittimu Ewropej fl-Unjoni Ewropeja fejn jiġi enfasizzat l-importanza tal-ibħra u l-oċeani u kif dawn jaffetwaw il-ħajja ta’ kuljum. Il-konferenza li issa saret parti minn din iċ-ċelebrazzjoni huwa l-post fejn dawk kollha li għandhom x’jaqsmu mal-baħar jiltaqgħu sabiex jiddiskutu opportunitajiet u sfidi tar-reġjuni marittimi. Is-sena l-oħra Malta ospitat u organiżżat din il-konferenza f’pajjiżna u ffukat l-aktar fuq l-iżvilupp kostali u turiżmu sostenibbli marittimu.
Stqarrijiet Oħra:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040