Left arrow Mur Lura

XOGĦOL TA’ TISBIĦ U MANUTENZJONI F’ŻEWĠ SWALI FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL

pr141121
Date Icon 21/05/2014

Waqt konferenza tal-aħbarijiet illum, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana ħabbret li beda l-proċess biex jkun hemm xogħlijiet ta’ tisbiħ u manutenzjoni f’żewġt iswali fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Dan wara s-suċċess ta’ xogħol li sar fil-ħin u fil-budget stipulat fis-sala ta’ SJ8.

“Il-Verità hija li dan il-Gvern imbarka fi proġett estensiv ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul, u bħalissa għaddejjin preparamenti biex jibdew xogħlijiet fis-swali msemmija SF3 u SF4. Dawn is-swali tħallew fi stat dilapidat u ta’ livell below Standard mill-Amministrazzjonijiet Preċedenti. Dawn il-livelli ta’ kura żgur ma jixirqux lill-Anzjani tagħna,” sostniet is-Segretarju Parlamentari.

L-Onorevoli Justyne Caruana qalet li sakemm isiru ix-xogħlijiet in konformità mar-regoli kollha tas-saħħa, sigurtà u prattiċi tajba, il-pazjenti qed jiġu rilokati għas-swali proviżorji biex ma jiġux esposti għall-inkonvenjenza li tista’ tiġi kkawżata mix-xogħlijiet li se jkunu għaddejjin. Żiedet tgħid li l-Amministrazzjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paul ħadu l-pariri kollha meħtieġa biex jiġu ssalvagwardjati l-Anzjani tagħha u jingħataw l-attenzjoni u l-kura daqs li kieku qegħdin fis-sala tagħhom. Qalet li dan kien possibli biss bis-saħħa tal-kollaborazzjoni sħiħa tal-ħaddiema u l-Unions.

Is-Segretarju Parlamentari kompliet tgħid li bil-pjani li għandu l-Gvern għar-Residenza San Vinċenz de Paul, mhux biss se ikun hemm upgrade ġenerali tal-infrastruttura, iżda se ikun hemm ukoll żieda ta' sodod fuq medda ta' xhur fil-fażijiet differenti tax-xogħol. Il-Gvern qiegħed jagħraf il-potenzjal tar-Residenza u frott l-għaqal qed jintużaw ir-riżorsi li hemm aħjar u b'mod iktar effettiv.

Is-Segretarjat Parlamentari jgħid li hija ħasra li l-Media tal-Oppożizzjoni qiegħda xxandar aħbarijiet qarrieqa u tipprova ddawar xogħol pożittiv li qiegħed isir f’xi ħaġa negattiva. Dak li ma sarx f’Amministrazzjonijiet preċedenti qiegħed isir issa, u se jkun xogħol li jgawdi minnu l-Anzjani tagħna. Isostni li madankollu, bil-qerq ħadd mhu se jgawdi xejn.

Is-Segretarjat Parlamentari jassigura li l-kura u l-kumdità tal-Anzjani fir-residenzi huma prijorità għal dan il-Gvern. Huwa propju għalhekk li għaddejjin dawn ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ u Manutenzjoni f’diversi swali ġewwa ir-Residenza SVPR. Ix-xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni fis-swali qiegħed isir fil-ħin u fil-budget stipulat.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

Aktar Stqarrijiet Right arrow